Festi Ewkaristiċi

 

 
Corpus u l-Qalb ta' Ġesu'
 
Jispikkaw f'dawn il-purċissjoni, it-tfal tal-Preċett

 

Il-Festa b'Gesu Ewkaristija huma festi li ghad ghandhom ghozza kbira gewwa l-parrocci qriema. Ghadd kbir ta' nies jattendu ghalihom bi hgarhom filwaqt li matul il-purcissjoni jinghad talb ewkaristiku.

Il-Festa ta' Corpus fil-Parrocca ta' San Gorg issir filghaxija tal-Hadd fejn il-Knisja Universali ticcelebra l-Festa ta' Corpus, filwaqt li fil-Parrocca ta' San Sebastjan issir filghodu.

Dik tal-Qalb ta' Gesu, fil-Parrocca ta' Sebastjan issir fil-gurnata propja taghha igifieri il-Gimgha ta' wara Corpus, filwaqt li fil-Parrocca Gorgjana issir Hadd fuq Corpus Christi.

Matul il-Purcissjoni fil-Parrocca ta' San Gorg jintefaw ghadd ta' fjuri ma' l-art biex minn fuqhom jghaddi Gesu Sagramentat, filwaqt li fil-parrocca ta' San Sebastjan huma it-tfal li jkunu ghamlu l-precett li jitfghu il-fjuri quddiem Gesu Ewkaristija.

Fiz-zewg Parrocci jiehdu sehem ukoll dawk it-tfal li jkunu ghamlu l-precett matul dik is-sena u numru sabih ta' fratelli, sacerdoti u abbatini.

Fil-Parrocca ta' San Gorg iz-zewg baned tal-parrocca jaghtu s-sehem taghhom billi il-Banda Anici takkumpanja lil Kor Parrokkjali fil-Festa ta' Corpus, filwaqt li l-Banda San Gorg Martri takkumpanja lil Kor fil-festa tal-Qalb ta' Gesu.

Fl-antik fil-purcissjoni tal-Parrocca ta' San Sebastjan kienet takkumpanja lil Gesu Ewkaristija il-Banda Pinto b'innijiet ewkaristici, izda minhabba certu cirkustanzi illum il-Banda illimitat is-servizz taghha b'innijiet ewkaristici billi takumpanja lil Kor tal-parrocca waqt il-Quddiesa Solenni li ssir nhar il-festa tal-Qalb ta Gesu fis 6.30pm. Il-bandisti tal-banda Pinto isellmu lil Gesu Ewkaristija b'fanfara mill-gallerija tal-Kazin meta jghaddi min quddiem is-sede ta l-istess Socjeta. Meta l-purcissjoni lejn it-tmiem tasal quddiem il-Knisja l-antika ta San Sebastjan il-purcissjoni tieqaf ghal ftit minuti fejn jinghad xi talb ewkaristiku.

kull min ghandu xi ritratti jew informazzjoni ohra hu mitlub jibghata fuq l-email festiqriema@gmail.com.