Din il-festa tkun iccelebrata b'mod liturgiku fl-20 ta' Jannar, u b'ferh kbir tigi iccelebrata fit-tielet gimgha ta' Lulju.
Kull min ghandu informazzjoni jew ritratti fuq il-festa ta' San Sebastjan M. jibghathom fuq l-email: festiqriema@gmail.com
Għaqda Armar San Sebastjan
Twaqffet fl-1984, u ħadmet bla heda għal festa
Meta wiehed iqabbel l-armar li kien jintrama qabel l-1984 ma' dak li jintrama llum il-gurnata ma jistax jichad li t-twaqqif ta' din l-Ghaqda kien success totali. Din l-Ghaqda kif se naraw iktar 'il quddiem twaqqfet fis-sena 1984 u minn dak iz-zmien sal-prezent, l-Ghaqda tal-Armar baqghet tahdem bla waqfien biex izzejjen it-toroq tal-parrocca Bastjaniza b'mod specjali matul il-festa. Madankollu, illum il-gurnata l-membri tal-Ghaqda huma mpenjati f'hafna festi li jigu ccelebrati mill-knisja fil-parrocca ta' San Bastjan. Wiehed jista' jsemmi l-armar tat-toroq fil-Milied, fi zmien il-Gimgha Mqaddsa u l-Ghid il-Kbir, kif ukoll ic-cenaklu li jsir mill-Kummissjoni Zghazagh Bastjanizi.
L-Ghaqda tal-Armar fil-prezent ghandha zewg imhazen kbar fejn fihom jintrefa' l-armar ; wiehed go Triq Spiteri Fremond li nfetah fis-sena 1986, u l-iehor fi Triq il-Kbira li nfetah fl-10 ta' Lulju tas-sena 1998 - is-sena li waslu l-qniepen gewwa l-parrocca ta' San Sebastjan.
Jekk wiehed ihares ftit lejn l-istorja tal-armar fil-parrocca ta' San Bastjan isibb zvilupp kbir mal-medda taz-zmien. Meta l-parrocca kienet ghadha kemm giet imwaqqfa, armar tista' tghid ma kien hawn xejn L-armar li kien jintrama fil-limiti taghha ghall-festa ta' San Gorg meta Hal Qormi kien ghadu b’parrocca wahda, ittiehed kollu mill-parrocca arcimatrici. Madankollu xorta kien hemm xi individwi li hadu hsieb isebbhu u jzejnu l-parrocca kif setghu. Dawn kienu Salvu l-Brun, Peppi u huh Gamri tal-Mosti flimkien ma' missierhom, l-ahwa Kons u Karmenu Baldacchino, Pawlu tal-Kalkara, Karmnu Lawris, tal-Bully ta' hdejn San Pawl, ta' Tentiela, tal-Majjistra, Leli tal-Hut, Lola tat-Tari, George Chircop, it-tfal ta' Konsu Baldacchino, hut Gino Mangion u ohrajn. Mhux ta' min ihalli barra lil Montesin li kien bniedem ta' sengha kbira u li hadem xi armar fir-rahal taghna. Bicca xoghol minn tieghu li baqghet fil-parrocca ta’ San Sebastjan huwa s-salib tal-Madonna tad-Duluri. Sakemm dam haj, il-mibki Dun Gina Mangion prova johloq kumitat tal-festa u f'dak li ghandu x'jaqsam mal-armar kien beda jsir l-gbir biex isiru l-pavaljuni ta' Triq San Sebastjan. Il-gbir kien isir minn Wenzu l-hajjat, George Debono (ex-surmast tal-banda) u individwu iehor. Wara l-mewt hesrem ta' Dun Gino, kompla Dun Joe Borg u l-pavaljuni tlestew. Ftit wara dawn il-pavaljuni gew sostitwiti minn pavaljuni ohra.
Kien f’dan iz-zmien li nhasset il-htiega li jkun hawn xi organizzazzjoni li tiehu hsieb specifikament l-armar tal-parrocca. Fl-4 ta' Marzu 1984 iltaqghu fil-kripta numru ta’ dilettanti u fil-presenza ta' Dun Vincenz Borg li kien jirraprezenta l-Knisja gie iffurmat l-ewwel kumitat. Dan kien it-twelid tal-Ghaqda tal-Armar San Sebastjan.
Bla dubju ta’ xejn, din l-Ghaqda tal-Armar kellha tibda mill-qiegh u hadmet biex tista' tghid l-ftit armar li kien hemm inbidel ghal dak li nafuh illum. Kull sena bdew jizzanznu opri godda b’mod partikolari fir-rotta minn fejn tghaddi l-purcissjoni bl-istatwa titulari ta' San Sebastjan. F’dawn it-toroq nsibu numru kbir ta' pavaljuni, bandalori, statwi,. Ma jonqosx li t-triq li hi msemmija ghall-patrun tal-parocca, igifieri Triq San Bastjan, tkun mimlija bl-armar bhal pavaljuni, angli bil-brazzi, kif ukoll trofej sbieh flimkien ma' bandalori b’hajjet il-patrun u protettur tal-belt Pinto. Din it-triq twassalna sa quddiem il-knisja parrokkjali fejn insibu zewg martirji, kif ukoll sett iehor ta' trofej u bandalori b’qaddisin Rumani. Maz-zmien kompla jizdied armar varju b’mod partikolari bandalori b’temi/personaggi marbutin ma’ hajjet il-qaddis kif ukoll pavaljuni godda li hadu post dawk li htiegilhom jinbidlu. Sar restawr fuq ghadd ta’ statwi.Kienu diversi dawk l-artisti maghrufa li gew ikkummissjonati xi xoghol artistiku li fil-jiem tal-festi ikun qieghed isebbah il-parrocca. L-Ghaqda tal-Armar tinsab ghaddejja fuq progetti ohra biex il-parrocca tkompli tizzejjen. Imma l-armar ma nsibuhx biss fit-toroq tal-purcissjoni, izda f'partijiet differenti tal-parrocca fejn bil-motivazzjoni u l-ghajnuna tal-Ghaqda tal-Armar numru ta’ parruccani komplew joholqu dik l-atmosfera tant sabiha fil-festa ta' San Sebastjan b’diversi pavaljuni kif ukoll statwi.
Fi hdan din l-Ghaqda insibu wkoll il-Kummissjoni Zghazagh Bastjanizi li kienet twaqqfet minn membri zghazagh fil-kumitat centrali u ohrajn li kellhom hegga kbira li din il-Kummissjoni titwieled kif filfatt gara nhar it-22 t’April 1991. Fl-2005 l-Ghaqda flimkien mal-KZB faslet il-website www.armarsansebastjan.org biex dawk kollha dilettanti b'mod specjali l-emigranti, ikunu aggornati dwar l-Ghaqda tal-Armar /Kummissjoni Zghazagh Bastjanizi u dak kollu li jkun qieghed isehh fil-parrocca.
Is-sena 2009 se tkun qed timmarka l-25 anniversarju mit-twaqqif ta’ din l-Ghaqda tant ghal qalb il-parruccani. L-Ghaqda tal-Armar San Sebastjan se tkompli ghaddejja bl-impenn kulturali taghha. Ghaldaqstant tilqa’ bil-ferh persuni godda li jixtiequ joffru l-kontribut taghhom fi hdanha u huma mhegga li jkellmu membri tal-kumitat fl-imhazen tal-Ghaqda jew billi jaghmlu kuntatt minn fuq www.armarsansebastjan.org
Referenza: www.armarsansebastjan.org (dan l-artiklu gie mibghut minn membru ta' l-Ghaqda).
Għaqda tan-Nar San Sebastjan
Timla' s-sema bil-kuluri sbieħ fil-festa
L-ghaqda tan-Nar San Sebastjan twaqqfet fl-1979. Hija dejjem kellha rabta mal-festa ta' San Sebastjan. Il-Loghob tan-nar fil-festa ta' San Sebastjan huwa fattur importanti li ghen hafna biex il-festa tikseb izjed popolarita.
Meta wiehed jaghti harsa lejn l-istorja ta' l-ghaqda, jinduna li sa mit-twaqqif tal-Parrrocca ta' San Sebastjan kien hemm post legali fejn fih kien jigi mahdum in-nar. Dan kien fl-inhawi tar-Rabat fejn illum hemm l-iskola tat-tfal bil-bzonnjiet specjali. Pero jissemmew diversi nhawi fejn dilettanti qriema bastjanizi kienu jahdmu xi nar minn taht. Hekk jissemma post fejn hemm l-Irxoxt hdejn il-wied, post f'Wied it-Tigieg, post hdejn Triq il-Vitorja. Post fejn hemm Misrah iz-Zebbuga u li qabel kien hemm hafna pal tal-bajtar u sahansitra fejn illum hemm iz-zuntier kien hemm kamra li kienu juzawha bhal speci ta' klabb tal-bocci u hemm kienu jhawdu xi haga ukoll. In-nar ma kienx ikun fi kwantita' u kwalita' kif nafuh illum. Kienu jaraw kif jiddubaw xi materjal minn hemm u minn hawn.
Jinghad li darba Indri Briffa miet kawza ta' spluzjoni tan-nar, waqt li beda jiftah bomba tal-gwerra biex jiehu l-materjal. Wara dan kien hemm ohrajn li hadmu n-nar fosthom jissemmew Gamri hu Indri, Nettu Briffa, il-Liru, iz-Zunzanju, Karmenu Baldacchino, l-ahwa Facciol, Ganni l-Gimmi, Leli u Fredu Marsusu, George il-Maghluba, il-Bzaru u ohrajn. Fost dawn jispikkaw il-Baldass (wiehed mill-ahwa Facciol) u George Vella l-Maghluba. Sfortunatament dawn it-tnejn mietu bit-tragedja tan-nar b'dan ta' l-ahhar fil-kamra personali tieghu.
Il-Kamra tan-Nar kif nafuha illum, igifieri inti u diehel f'wied il-kbir, hija grazzi ghal-hidma tal-Baldassere jew kif inhu aktar maghruf Baldass Facciol. Filwaqt li qabel in-nar kien jinhadem f'xi postijiet differenti, kien nhar il-21 ta' Jannar 1979 meta il-kamra tan-nar giet imbierka biex b'hekk ix-xoghol beda jsir fl-istess kamra. Tajjeb li wiehed isemmi pijunieri tal-bidu fosthom Baldassere, Karmnu tal-Bzar, Jimmy Calafato, Twanny Seychell u ohrajn li ghadhom jaghtu sehmhom illum. Kien hawn li bdiet it-triq biex din il-kamra taghti wirjiet piroteknici mill-isbah.
Izda bhalma kien hemm mumenti ta' glorja kien hemm ukoll dawk ta' niket. Wahda mill-ispluzzjonijiet li sehhew fil-kamra tan-nar kienet dik ta' nhar Santa Marija fejn ghalkemm ma kinietx wahda kbira halliet mejjet lil Baldass. Wara l-mewt tal-Baldass, il-kamra kellha ssofri zewg incidenti ohra li wiehed halla vittma ohra. Fis-sena 2003, ezattament fil-15 ta' Settembru, matul il-lejl sajjetta laqtet il-kumpless tan-nar li hallietu imfarrak ghal kollox. It-tieni incident halla lil Charles il-Masmarun mejjet wara li waqghet fuqu ill-magna tal-pressa ta' l-istilla ezattament wara l-festa ta' San Sebastjan.
Izda mal-mumenti ta' dieqa, l-Ghaqda tan-Nar rat ukoll diversi successi u harqiet li baqghu jissemmew fosthom il-famuza harqa tal-1986, kif ukoll successi fil-festival tan-Nar li jsir fil-Port il-Kbir. Fis-sena 2009 l-Għaqda tan-Nar rebħet il-kategorija tal-Blalen fil-festival tan-Nar li sar fil-Port il-Kbir. Min-naha tal-Ghaqda tan-Nar, tkun ghaddejja fi process kontinwu matul is-sena kollha u dan jibda l-ghada stess tal-festa. Sabiex jithejja programm kbir ta' nar, bejn festa u ohra jitfassal pjan halli b'hekk jitqassmu sew l-affarijiet, bhal nghidu ahna attivitajiet ghall-fund raising, xiri ta' materjal, tahlit, brim ta' skratac, mili ta' beraq, mili ta' funtani u gassijiet, tqattiegh ta' stilla, tidwir ta' centri, irbit tal-murtali, tixmix tal-qsim, immuntar, irbit finali, ghoti ta' tiri u kumnikar ta' nicec, inkartar, zebgha u hafna xoghol iehor. Sabiex isehh dan wiehed jista' jifhem li l-membri tal-ghaqda jaghmlu dan f'hin twil ta' silenzju 'l boghod mill-familji taghhom u jissograw hajjithom sabiex iferrhu lil haddiehor fil-festa.
Kummisjoni Zgħazagħ Bastjanizi
Mezz biex iz-zgħazagħ jagħtu sehemhom fil-Festa
kitba ta' James Piscopo, PRO Kummisjoni Zghazagh Bastjanizi
Il-Kummissjoni Zghazagh Bastjanizi, jew kif inhi maghrufa fost il-qriema bhala l-KZB, hija meqjusa bhala l-izjed ghaqda volontarja energetika f'Hal Qormi. Dan ghaliex taht l-isem glorjuz ta' din il-Kummisjoni, wiehed isib diversi successi nazzjonali u originali.
Il-Kummissjoni Zghazagh Bastjanizi qedgha fis-17 -il sena taghha, wara li giet imwaqqfa fi hdan l-Ghaqda Armar San Sebastjan f' April tas-sena 1991. Ghalkemm is-sehem taz-zghazagh bastjanizi kiber permezz tal-KZB minn dik is-sena l'hawn, wiehed ta' min jinnota li is-sehem taz-zghazagh fil-festa bastjaniza jmur izjed lura mill 1991, meta fi hdan is-Socjeta Filarmonika Pinto Banda San Sebastjan, kienet tezisti is-Sezzjoni taz-Zghazagh Qalbisti.
Il-prijorita ewlenija ghalfejn kienet twaqqfet il-Kummisjoni Zghazagh Bastjanizi kienet biex torganizza u tgholli il-livell tal-briju b'mod organizzat fit-tielet gimgha ta' Lulju, il-Festa ta' San Sebastjan f'Hal Qormi. Huwa ta' pjacir li wiehed jinnota li minn dak iz-zmien l'hawn il-KZB ghamlet passi ta' ggant il-quddiem, biex b'hekk il-KZB ma saritx tieqaf biss fuq il-festa, imma bdiet torganizza bosta attivitajiet kulturali u socjali li kienu ta' success. F'dawn l-ahhar snin, is-success tant kien kbir li l-KZB riedet taqsamhom mad-dilettanti ta' Malta kollha u permezz ta' dawn is-successi gholliet isem il-Parrocca San Sebastjan. Is-successi tal-Musical 'Sebastjan' u 'Lejl f'Casal Fornaro' ghadom jidwu mhux biss mal-Qriema, izda mal-Maltin li attendew fil-mijiet u anke l-eluf taghhom.
F'dan l-artiklu ha naqsam maghkom naqa mill-passat tal-KZB ghal dawk kollha li ma tantx huma familjari mal-istorja tal-Kummisjoni taghna, kif ukoll ghal dawk kollha li huma il-Partitarji il-godda li jiehdu forgranted is-successi u l-livell tal-Festa Bastjaniza grazzi ghal impenn u sagrificcji li sar mill Ghaqdiet tal-Festa, specjalment il-KZB.
Fl-1995, Il-Kummissjoni bdiet torganizza il-wirja eccezzjonali tac-cenaklu biex taghti iktar importanza lil festa religjuza tal-Gimgha l-Kbira f'Citta Pinto. Fil-fatt sena wara sena din l-wirja baqghet dejjem tikber sakemm fis-sena 2000 zzanznu sett ta' tlettax -il persunagg lifesize mahduma mill-artist Qormi Stephen Borg. Din il-wirja hija wahda mill-iktar imfittxija fl-inhawi u mhux ta' b'xejn li din il-wirja ghada ssir prezentament, taht l-isem "Aghmlu Dan Tifkira Tieghi". F'Marzu li ghadda din il-wirja tqassmet f'zewg wirjiet kbar, fis-sala Psaila u fis-sala Pinto u ghalihom attendiet folla numeruza li ta' dan ahna kburin.
Mill-1999 il-quddiem, bdiet tinghaqad mal-kumitat tal-Banda biex tiggwida l-marci matul il-gimgha tal-festa filwaqt li jinzamm id-dekor fl-imgieba u l-kliem li jintuza waqt il-marci. Ezempju ta' dan huwa li wiehed ma jarax izjed nies bla tops waqt il-marci. Din il-Kummissjoni energetika tiehu hsieb ukol biex kull sena jinhargu diversi sorprizi mill-isbah li jikkumplimentaw il-marci tal-Erbgha, il-Hamis u tal-Gimgha. Fost is-sorprizi, mahduma minn diversi membri tal-KZB bl-akbar profesjonalita, insibu imrewha kbira, umbrelel mill-isbah u bandalori. Ir-rizultat ta' din il-hidma kontinwa minn naha tal-KZB flimkien mal-ghaqdiet l-ohra tal-Festa wassal biex il-marci bastjanizi saru famuzi u mfittxija ma' Malta kollha.
Il-Kummissjoni Zghazagh Bastjanizi hadet hsieb torganizza diversi attivitajiet kulturali u socjali, mhux biss ghal-generazjoni zghazugha imma ghal-kullhadd. Fost l-ohrajn, insibu l-Iljieli Qormin li jigu organizzati fuq tlett ijiem lej l-ahhar ta' Gunju, b'diversi kantanti stabbiliti, zeffiena u entertainers mill-aqwa, bhal Olivia Lewis, Chiara, Freddie Portelli, ZOO, Joe Demicoli u Ray Calleja. Attivitajiet ohra, bhal 'Qormi Car Shows', 'Zjariet lil Presepji', 'Football Tournaments', 'Snooker Tournaments', 'Barbeques' u "Follow The Green Beat Parties" ukoll kisbu bosta success taht l-isem tal-KZB.
Il-Kummissjoni Zghazagh Bastjanizi hadet hsieb ukoll biex tohrog diversi cassettes (1993) u CDs (1999) b'marci brijjuzi tal-festa taghna, kantati minn diversi partitarji Bastjanizi, Stephen Mizzi u Ludwig Galea. F'Awissu tal-2001, Il-Kummissjoni Zghazagh Bastjanizi f'gheluq l-10 snin anniversarju taghha, ippartecipat b'mod attiv fil festa ta' San Sebastjan f'Palazzo Acreide fi Sqallija permezz ta' mrewha kbira dekorattiva li harget il-KZB ghal-festa ta' dik is-sena. B'din l-attivita, il-Kummissjoni Zghazagh Bastjanizi kienet l-ewwel kummisjoni zghazagh minn Malta li ppartecipat b'mod attiv go festa barra minn Malta.
Fis-sena 2005, il-Kummissjoni zanznet il-website ufficjali taghha u tal-Ghaqda Armar. B'hekk ix-xoghol u l-lehen taz-zewg ghaqdiet seta jitgawda izjed u jasal ukol barra mill-gzejjer Maltin. Mod iehor mimli success li l-KZB, flimkien mal-ghaqdiet l-ohra tal festa li huma Is-Socjeta Filarmonika Pinto, l-Ghaqda Armar San Sebastjan u l-Ghaqda tan-Nar San Sebastjan, ghamlu biex jwaslu lehinhom barra mill-gzejjer maltin kien li jwaqqfu ir-radju komunitarju 'Bastjanizi FM' li jxandar fuq il-frekwenza ta' 95FM stereo. Mwaqqaf ghal-ewwel darba f'Gunju tal-2003 ghal xahar shih, fis-7 ta'Gunju 2004 l-ewwel u l-uniku stazzjon fil–Belt Pinto beda jxandar ghal zmien indefinit, haga li ghadu jaghmel sal-gurnata tal-lum. Is-success tant kien kbir li hajjar lil diversi festi ohra li jaghmlu l-istess, ghalkemm ta' min jghid li kienu ftit hafna li zammew l-istazzjon rispettiv haj matul is-sena kollha.
Fis-sena 2006, il-Kummissjoni Zghazagh Bastjanizi iccelebrat il 15 il-sena taghha bl-akbar mod possibli, bis-success tal-musical "Sebastjan" li ttella fl-istitut Kattoliku f'Ottubru ta' l-istess sena. F'dan is-success il-KZB uriet l-istorja tal-hajja tal-Padrun taghha San Sebastjan b'mod meraviljuz lil poplu kollu Malti, b'lirika ta' Gorg Saliba, muzika ta' George Debono u direzzjoni ta' Zep Camilleri. Is-serjeta li wriet il-KZB fil-produzjoni ta' dan il-musical kien wiehed kbir, fejn bosta kantanti u atturi stabbiliti hadu sehem, fosthom Roger Tirazona (fil-parti ta' Sebastjan), Julie Zahra, Triccas, Eleanor Cassar, Mariella Pace Asciak, Debbie Scerri, Clifford Galea, Antoine Farrugia (Sebastjan tifel) u talent Qormi iehor.
Fis-sena 2007 il-Kummissjoni Zghazagh Bastjanizi kompliet sahhiet il-pozizzjoni taghha bhala wahda mill-aqwa Kummissjoni Zghazagh go Malta bl-attivita kulturali nazzjonali "Lejl f'Casal Fornaro", attivita li fiha, Triq il-Kbira u l-inhawi tal-madwar, marru lura fiz-zmien biex l-inhawi ta' San Bastjan f'Hal Qormi inbiddlu f'Hal Qormi tal-antik (Casal fornaro- ir-rahal tal-furnara). Wiehed seta' jara diversi snajja, tradizzjonijiet u drawwiet maltin, ikel tipiku malti, divertiment ghal familja kollha, wirjiet interessanti, ghana, insomma atmosfera unika u celebrazjoni tal-hobza maltija. L-eluf ta' nies li gew (huwa estimat fuq is-6,000) inkoraggina hafna u grazzi ghal feedback li l-KZB irciviet, f'isem din il-Kummisjoni bi pjacir inhabbru li 'Lejl f'Casal Fornaro' ha jirritorna nhar is-sibt 18 t'Ottubru 2008.
F'Dicembru tal-2007, il-KZB dahlet ghal sfida gdida sabiex b'kollaborazzjoni mas-Socjeta Filarmonika Pinto ittella "Emmanuel – Presepju Haj" li sar fil-Gnien Armier, hdejn il-knisja ta' San Sebastjan. Ghalkemm din kienet l-ewwel esperjenza ghaz-zghazagh bastjanizi fil-presepju haj, din l-attivita ssarfet f'success kbir b'diversi mijiet ta' nies jattendu din l-attivita.
Il-Kummissjoni Zghazagh Bastjanizi tilqa lil kull zaghzugh/a bl-interess li jkompli jkabbar u jsahhah l-akbar festa f'Hal Qormi. Nistedinkom tidhlu fil-website ufficjali tal-KZB (http://www.kzbqormi.org/) u tikkuntatjawna sabiex b'hekk nikkuntatjawkom u tkunu tistghu tidhlu fil-Kummisjoni. Min Mejju l'hawn, il-KZB qed tohrog Newsletter ta' kull xahar fejn tinforma lil partitarji taghha bl-attivitajiet li gejjin u tkompli tissahhah ir-relazzjoni bejn il-KZB u l-partitarji Bastjanizi. Kull min jixtieq li jircievi din in-newsletter ghandu jibghat email vojt fuq kzbqormi@gmail.com
Naghlaq dan l-artiklu billi nirringrazzjaw lil Alla u lil San Sebastjan talli dejjem harsuna minn kull deni f'kull attivita li organizzajna, u lil partitarji kollha li jkomplu jheggu u jinkuragguna permezz tal-kooperazzjoni li dejjem kellna minghandhom.
Socjeta Filarmonika Pinto
Banda San Sebastjan - L-ewwel Banda f'Ħal Qormi
Is-Soċjetà Filarmonika Pinto ta' Ħal Qormi tagħraf il-bidu tagħha għas-sena 1862 meta l-baned tat-toroq, jew gruppi ta' bandisti madwar surmast, bdew jorgannizaw irwieħhom f'għaqdiet statutorji. Hekk nistu ngħidu li l-Banda Pinto nibtet min fost l-allievi tas-Surmast Patri Ġużeppi Spiteri Fremond, li dik il-habta kien Maestro di Cappella fil-parroċċa ta' San Ġorġ. Infatti s-Surmast Emanuel Bartoli, meqjus bħala l-ewwel surmast ta' din il-banda Qormija, kien alliev ta' Patri Spiteri Fremond.
Il-banda bdiet tieħu sehem mhux biss fil-festa titulari ta' San Ġorġ imma wkoll f'kull festa oħra tal-parroċċa. L-anzjani dejjem jiftakru s-sehem il-Banda Pinto fil-Ġimgha l-Kbira bħala wieħed mill-aktar servizzi kbar. Fil-ġurnali kontemporanji nsibu xi riferenzi important bħal meta fl-1872, diretta mis-Surmast Bartoli "la banda dei Curmini" ħadet sehem f'serata teatrali fl-Isla kif ukoll sena wara ħadet sehem fil-festa ta' San Ġorġ f'Ħal Qormi u fit-teatru Vittoria f'Tas-Sliema. Imbagħad fl-1874, is-Surmast Bartoli u s-Surmast Saverio Mifsud akkumpanjaw fil-funeral ta' l-alliev tagħhom Anġolino Farrugia ġewwa Ħal Qormi.
Meta s-Surmast Bartoli ħa f'idejh it-treġija tal-Banda La Valette fl-1877, is-Surmast Mifsud beda jmexxi l-banda hu. Fl-1881 is-Surmast Ġorġ Zarb, li kien ukoll President, ħa t-treġija tal-banda u baqa' surmast sal-1893.
Il-ħajja tas-soċjetà ħadet żvolta oħra fl-1889 meta Andrea Abela, benestant Qormi, waqqaf każin soċjali f'Ħal Qormi u dan il-każin ħoloq xi problemi. Is-sitwazzjoni rrizolviet ruħha b'mod sodisfaċenti meta nhar il-5 ta' Ġunju tal-1890, iż-żewġ każini ngħaqdu f'każin wieħed taħt l-isem ta' "Soċjetà Filarmonika Pinto" u taħt it-treġija tal-President Antonio Muscat Fenech filwaqt li s-Surmast kien Napuljun Caruana Dingli. F'dan il-pass, is-soċjetà ħadet nifs ġdid u kattret is-sehem tagħha fil-festi Maltin, insemmu hawn il-marċ li sar fil-festa ta' San Publiju fil-Furjana fl-1890 kif ukoll il-marċ fl-okkażjoni tal-ftuħ u tberik tal-knisja ta' San Sebastjan ġewwa Ħal Qormi fl-istess sena. Għalkemm il-banda kienet taħt il-Presidenza tas-Surmast Ġorġ Zarb , ninnotaw li l-Banda Pinto kienet diretta mis-Surmast Giuseppi Portelli għall-programm li sar fi Pjazza San Franġisk, Ħal Qormi f'Lulju 1891.
Kienet propju kwistjoni politika li ftit wara ħolqot qasma fi ħdan il-każin Pinto meta fl-1893 qamet kwistjoni bejn il-Kunsill tal-Gvern u l-Kurja dwar il-legati taż-żwiġijiet, il-Banda Pinto bla ma riedet sabet ruħha fin-nofs. Dun Salv Chircop, segretarju ta' l-Isqof, ried jagħmel dimostrazzjoni f'Ħal Qormi nhar il-festa ta' San Massimo, li kienet isir it-tieni Ħadd ta' Ottubru. Billi għal din il-festa il-każin Pinto kien jieħu sehem mill-aktar attiv peress li kienet titqies bħala l-festa tal-Banda Pinto, dan is-saċerdot ried jinqeda bin-nies miġbura għall-festa u għall-banda biex jagħmel diskors. Il-kumitat ma ħalliex lill-banda tieħu sehem, qam nuqqas ta' qbil li rriżulta f'firda fil-każin u l-ħolqien ta' banda ġdida bl-isem "Società Filarmonica San Giorgio". Kien sewwa f'dan iż-żmien li semma' għall-ewwel darba l-laqam "tal-Qalba" fir-rigward tal-Banda Pinto. Dan id-disgwid ma tellifx l-attivitajiet tal-Banda Pinto.
Hawn il-banda kienet diretta mis-Surmast Rabti Antonio Agius. Fl-għaxar snin taħt dan is-surmast il-banda għamlet progress kbir bis-sehem f'għadd ta' festi fl-irħula Maltin bħalma kien il-marċ li sar fil-festa ta' San Sebastjan fl-1895, dik il-ħabta festa sekondarja. Għal żmien qasir fl-1903, jissemma' s-Surmast Nikola Montebello u wara dan is-Surmast Alfred P. Hare (1904/06) u floku nħattar is-Surmast żgħażugħ Giovanni Gatt fl-1906. Andrea Abela, Viċi President u proprjetarju tal-każin ma qabilx ma' din il-ħatra u f'nuqqas ta' qbil irriżenja l-President, uħud mill-kumitat u bandisti u bdew banda għalihom. It-tnejn baqgħu jżommu l-isem "Pinto" iżda b'laqmijiet differenti: "tal-Qalba" diretta mis-Surmast Gatt u "taz-Zokk" mis-Surmast Vincenzo Carabott. Kellha tkun il-qorti li fl-1911 qatgħetha favur "tal-Qalba" li b'riżultat ta' hekk il-banda "taz-Zokk" wara ftit xoljiet.
Fl-1911 saret bidla fit-treġija tal-banda li ġiet fdata f'idejn is-Surmast Salvu Mallia u fl-1920 inħatar is-Surmast Carmelo Scicluna li ħa t-tagħlim mużikali tiegħu mal-Banda Pinto. Is-Surmast Scicluna baqa' mal-banda sal-1927 u reġgħa ħadha fi żmien il-gwerra bejn l-1935 u l-1943. Mill-1927 sal-1935 il-banda kienet immexxija mis-Surmast Ġużeppi Busuttil u kif ukoll mill-1943 sal-1950.
Bil-mod is-soċjetà bdiet tersaq aktar lejn l-inħawi ġodda ta' Ħal Qormi fix-xaqliba ta' San Sebastjan. F'sitwazzjoni hekk unika f'Malta għal każin ta' banda li minn parroċċa spiċċa f'oħra, ma setgħux jonqsu l-problemi. Il-parroċċa riedet issib postha fir-raħal mhux biss billi jkunu stabiliti b'mod ċar il-konfini li kibret mal-ftuħ ta' Triq Aniċi li ġiet kontestata mill-partitarji taż-żewġ naħat, sakemm fuq digriet mill-Vatikan dawn l-inħawi ngħataw lill-parroċċa ta' San Ġorġ. Għad li dawn il-problemi kienu tal-parroċċa, madankollu s-soċjetà daħlet fihom hija wkoll għax issa kienet tagħmel parti mill-parroċċa l-ġdida. Immedjatament wara qamet il-kwistjoni tal-Patrijiet fejn diversi parruċċani talbu li l-parroċċa ta' San Sebastjan ma tibqax titmexxa mis-saċerdoti djoċesani iżda tingħata lill-patrijiet Dumnikani. Is-sitwazzjoni tant kienet taħraq li għal disa' snin, bejn l-1956 u l-1965, il-Banda Pinto ma ħaditx sehem fil-festa ta' San Sebastjan.
Fl-1950 sal-1969, il-banda kienet taħt id-direzzjoni tas-Surmast Joseph Magri u minkejja l-problemi, l-banda baqgħet għaddejja b'diversi attivitajiet. Bejn l-1969 u l-1974 is-Surmast Anthony Chircop kellu l-banda f'idejħ u warajh ġie s-Surmast Henry Camilleri fejn dam sal-1983. Is-Surmast George Debono beda l-karriga tiegħu fl-1983, ex-bandist ta' l-istess banda u Surmast tal-Banda ta' l-Armata Maltija. Fl-1994 il-banda għaddiet f'idejn is-Surmast preżenti Dominic Darmanin.
Fl-1990 il-banda ngħatat l-isem ta' "Banda San Sebastjan". Is-soċjetà kienet dejjem preżenti f'kull pass important fil-bini tal-knisja parrokkjali, ibda mit-tqiegħid ta' l-ewwel ġebla fl-1946 sal-ftuħ tal-knisja fl-1982. Ir-rabta tas-soċjetà mal-patrun taghha San Sebastjan hija waħda ta' qima ntima u sħiħa.
Refrenza: Kitba ta' Vincent Peresso meħuda mill-ktieb 'Storja tal-Baned'.
Bastjanizi FM
Ingħata l-Premju 'Għarfien il-Ħila' mill-Kunsill Lokali Qormi

Dan l-istazzjon twieled fis-sena 2003 meta xandar ghall-ewwel darba ghal xahar, igifieri minn Gunju sal-Festa ta' San Sebastjan. Kien xahar ta' prova li irnexxi u ghalhekk ir-radju rega nfetah fl-istess sena ghal festi tal-Milied sal-festa Liturgika ta' San Sebastjan fl-20 ta' Jannar 2004. Fl-2004 infetah ghal zmien il-Gimgha Mqaddsa fejn ukoll kien hemm kollegamenti live mill-purcissjoni ta' l-Irxoxt.
Dan l-Istazzjoni huwa idea ta' l-erba ghaqdiet tal-festa, igifieri s-Socjeta Filarmonika Pinto, l-Ghaqda tan-Nar, l-Ghaqda ta' l-Armar u l-kummissjoni Zghazagh.
Propju kien fis-7 ta' Gunju 2004 li rega nghata bidu ghal dan l-istazzjon. Matul is-snin saru diversi kollegamenti barra mill-istudios fosthom mil-marc tal-Milied mit-tlett baned Qriema organizzat mill-Kunsill, mill-Karnival 2005 li sar f'Hal Qormi, kif ukoll kollegamenti mis-Century Stadium ta' Qali meta kien jilghab it-tim tal-Qormi FC, kollegament mill-open days tal-kamra tan-nar u l-quddies kollu tal-Festa ta' San Sebastjan u attivitajiet ohra li jsiru.
Fis-sena 2005 sar xoghol volontarju mid-dirigenti u hbieb fuq l-istudios ta' dan l-istazzjon. Sabiex jkomplijzid fil-professjonalita` tieghu, inxtraw sett ta` radio links li bihom Radju "Bastjaniżi FM" ikollu l-faċilita` li jxandar minn kull post b’mod dirett (outside broadcasting unit). Tajjeb ngħidu li minn mindu beda jxandar fuq perjodu ndefinit kellu bosta kantanti mistiedna waqt programmi diversi fuq dan l-istazzjon. Uħud minnhom huma: Chiara li għamlet unur lil pajjiżna ġewwa l-Ukrajna, Aldo Busuttil, l-grupp Malti l-Wintermoods, Ira Losco, Olivia Lewis u oħrajn. Fl-okkazzjoni ta' Jum Hal Qormi 2005 inghata l-Premju 'Gharfien il-Hila' bhala rikonoxximent tal-hidma li kienet qed issir.
F.Abela 23.04.1937
F’Jum il-ferh tal-kbira festa,
l-ilsna, il-qlub kollha, jtennulek,
Sebastjan: f’dal-jum ta’ mhabba
Inni sbieh ukoll jinsgulek.
F’dan il-jum, il-hlejjaq kollha
L-art, il-bahar u s-smewwiet
Tifhir, glorja lilek jaghtu
Ta’ l-ikbar ghegubijiet.
Minn tad-dinja banda ghall-ohra
Jidwi kbir u sabih ismek
Ghalkemm l-isem le ma jisboq
Ta’ min halqek Hu aqwa minnek.
O glorjuz suldat qalbieni
Minn t’appostlu prova tajt
Hemm fil-habs minn ta’ Nikostratu
T’Alla l-kelma int ippridkajt.
F’Ruma wisq kienu l-pagani
L-fidi haddnu mhabba fik
Carcru demmhom, mietu martri
Wardiet sbieh wisq kienu ghalik.
Sliem ghalik O Tawmaturgu
Difensur tal-fidi taghna
B’dik l-imhabba li fik tghammar
Deh’mexxina u ieqaf maghna.
Aghmel int li jitrazznu
It-tempesti, l-mard u l-guh
U zerniq ta’ granet isbah
F’ferh jitbiddel taghna d-dmugh.
B’lehen wiehed u qalb wahda
Kif ahna llum ferhanin
Viva nghajtu ‘Sebastiano’
Protettur taghna l-Qormin.
Innu Marc ‘Insellmulek Sebastjanu’
Versi: Carmelo Azzopardi Muzika: Mro.George Debono
Insellmulek, Sebastjanu,
f’dan il-jum l-aktar sabih,
festi kbar ahna naghmlulek
ghax jisthoqqlok l-akbar gieh;
Inti l-hena tal-qlub taghna
mizmum b’gawhra minn kulhadd.
Minqux ismek jibqa’ f’qalbna
Biex zgur ma jintesa qatt.
Rit.
Insellmulek, Sebastjanu,
Hajr u gieh ahna naghtuk,
Insellmulek, Sebastjanu,
Ta’ Misserna nhobbuk.
Insellmulek, Sebastjan,
B’Patrun taghna nqimuk.
O glorjuz princep tal-martri,
li haddant l-appostolat.
Sabiex tahdem fost l-insara
kontra l-hazen tal-allat.
Difensur tal-fidi taghna
Sebastjan, int qaddis kbir,
maghruf int mad-dinja kollha
Int jisthoqqlok kull tifhir.
Rit.
Insellmulek, Sebastjanu, . . .
X’hin mit-toroq sbieh minn taghna
bil-gieh kollu tkun ghaddej.
Nitolbuk ixxerred fuqna
il-barka minn tal-Mulej;
Insellmulek, Sebastjanu,
ahna bik ilkoll kburin.
Ta’ mhabbitna, xhieda l-qima
Li naghtuk ahna l-Qormin.
Rit.
Insellmulek, Sebastjanu, . . .
Anthipona
Egregie Christi martyr Sebastiane princeps et propagator sanctissimorum praeceptorum praeceptorum. Ecce nomen tuum in libro vitae. Ecce nomen tuum in libro vitae coelestis adscriptum est. Et memoriale, et memoriale, et memoriale tuum in saecula, in seacula.
Antifona
O kbir martri ta' Kristu Sebastjanu. Princep, princep Sebastjanu. Tas-sema il-ligi bil-hegga int xandart. Ara ismek, ara ismek miktub fil-ktieb tal-hajja tas-sema. U t-tifkira tieghek ma tintesa' qatt.
kull min ghandu xi ritratti jew informazzjoni ohra hu mitlub jibghata fuq l-email festiqriema@gmail.com.