Il-Vitorja

 

 

It-Twelid ta' Marija Bambina

Knisja ħelwa bi statwa mill-isbaħ

Hal Qormi huwa mzejjen b'numru sabih ta' Kappellel u knejjes zghar. Wahda minn dawn hija dik iddedikata lil Marija Bambina. Il-Festa issir Hadd wara it-8 ta' Settembru.

Meta inbniet l-ewwel Knisja kienet iddedikata lil Santa Marija izda wara l-1588 din giet dedikata lil Marija Bambina. Fl-1656 il-knisja kienet tinsab fi stat hazin hafna u l-Isqof ta' dak iz-zmien, Balaguer ordna li din tigi de-konsagrata. Il-Qormin regghu bnew il-Knisja li hemm illum fl-1686. It-Titular f'din il-Knisja huwa xoghol ta' Giuseppi Cali tas-seklu 20. Fil-Knisja insibu erba' artali ohra iddedikati lil San Pawl, Santu Rokku, San Leonardu u Santa Marija. Insibu wkoll sagristija, kampnar b'erba t'iqniepen u arlogg.

Wiehed ma jistax ma jsemmix l-istatwa helwa ta' Marija Bambina li nsibu f'din il-Knisja. L-Istatwa turi lil Madonna imfisqija fi stil Malti.

Il-Festa lil Marija Bambina issir il-Hadd wara it-8 ta' Settembru.

Referenza: www.cittapinto.com (bil-permess tal-webmaster)                                               'Bliet u Rhula Maltin', ta' Alfie Guillaumier, Vol.2, il-hames edizzjoni (2005)

kull min ghandu xi ritratti jew informazzjoni ohra hu mitlub jibghata fuq l-email festiqriema@gmail.com.