L-Assunta 

 

Zewġ Kappellel - Devozzjoni Kbira

Ħafna trabi ġew prezentati lil Marija Assunta tal-Ħlas 

F'Hal Qormi isiru zewg festi lil Santa Marija. Dawn isiru fiz-zewg kappellel iddedikati lihom wahda maghrufa bhala tal-Hlas u l-ohra maghrufa bhala tal-Blat.

Santa Marija tal-Blat

Il-Festa ta' Santa Marjia tal-Blat issir fit-tieni Hadd wara l-15 ta' Awissu.

Din il-knisja isejhulha ta’ Fuq tal-Blat, billi hawn il-blat tat-triq kien fil-wicc. Fl-1601 kienet fi stat hazin hafna u imma fl-1634 thalliet renta minn Paoluccio Galdes. Il-kappella li hemm illum inbniet fl-1644 u quddiemha hemm statwa li tirraprezenta lil Santa Marija. Hija ghandha artal wiehed, kampnar wiehed, u qanpiena. Fiha nsibu midfun il-gisem tal-Venerabbli Serv t’Alla, Patri Frangisk Rinaldet tal-Minuri Konventwali.
 
Santa Marija tal-Hlas
Bla dubju ta' xejn din hija l-aktar Kappella maghrufa gewwa Hal Qormi. Numru sabih ta' genituri jaghzlu l-kappella biex jipprezentaw l-uliedhom lil Marija Santissma b'ringrazzjament li fil-hlas kollox mar sew.
 
Fis-1560 inbniet knisja gdida kif ukoll dar zghira hdejha biex fiha joqoghd ir-rettur. Din inbniet minhabba qima kbira li kien hemm lejn il-Madonna. Din saret bil-flus ta' Fra Kristofru Montgaudri.Fl-1690 reghet inbniet knisja ohra, dik li illum hija s-sagristija tal-Knisja prezenti. Aktar tard inbniet l-Knisja prezenti fuq disinn ta' Lorenzo Gafa'. Hu mahsub li din ghamilha b'ringrazzjament lil Madonna talli l-Koppla tal-Knisja ta' San Gorg baqghet f'postha wara terremot li hakem lil Malta. L-isem li l-knisja prezenti ghandha illum gej minn din il-kappella li t-taljani kienu jsejhulha l-Madonna della Liberazione.
 
Fl-1575 Mons. Dusina wasal Malta ghal vista pastorali u fir-rapport tieghu instab li f'Malta kien hawn madwar 420 knisja mqassmin bejn knejjes u kappelli. Meta wiehed jifli ftit dan ir-rapport fejn jirrigwarda l-knejjes u l-Kappelli f'Hal-Qormi nsibu li huwa sab 22 wahda, 16 fil-konfini ta' Hal-Qormi u 6 li jaghmlu ma' Hal-Qormi imma jinsabu barra l-konfini tieghu. Wahda minn dawn il-kappelli ta' barra l-konfini hija dik imsemmija minn Mons. Dusina bhala l-kappella tal-Madonna tal-Kilas jew ta' Kalas. Nifhmu li Dusina kien qed jirreferi ghall-kappella idedikata lill-Madonna li tinsab fil-limiti tal-Hlas.
 
Hemm hafna ideat differenti ghaliex tissejjah hekk, izda l-aktar wahda popolari hija li hafna genituri li jkunu ser iwelldu kienu jmorru hemm jitlobuha biex ikollhom hlas tajjeb.
 
Il-Knisja prezenti ghandha kampnar bi tlett iqniepen li kienu tal-knisja l-qadima. Hafna kwadri li kienu mizmuma, fosthom ta' Santa Marija fuq l-injam ittiehdu fil-muzew tal-Knisja Parrokjali ta' San Gorg minhabba hsarat li kien qed jigrilhom fil-knisja.It-titular huwa kwadru iehor l-Assunta li hadmu Frangisku Zahra fl-1773 u sar b’weghda ta’ persuna devota. Fl-apside hemm pittura li turi l-Inkoronazzjoni tal-Madonna li saret fl-1719 mill-pittur Nerik Arnaud. Is-Saqfa ta' din il-knisja huwa wkoll wiehed interressanti u jixbah dak tal-Knisja Parrokjali Gorgjaniza li jkompli juri li probabilment inbnew fl-istess perjodu ghall-habta 1486.
 
Fil-Kampnar insibu zewgt iqniepen. Il-qanpiena z-zghira ghandha dijametru ta’10 pulzieri filwaqt li l-kbira ghandha dijametru ta’ 14 il-pulzier. Fuq il-qanpiena l-kbira ghad hemm jidhru l-annu 1699 u l-arma ta' l-Isqof Cocco Palmieri. Il-kampnar ta' din il-knisja jinsab fuq in-naha ta' wara u dan jindika li meta tkabbret il-knisja dan kien diga jezisti u thalla bla mittiefes fil-post originali tieghu.
 
Huwa mahsub li l-arma li hemm tiddomina fuq il-faccata tal-Knisja hija tal-Papa Klement XI ghaliex jista jkun hu li ghamel il-knisja tal-Hlas bhala parti mill-Parrocca Qormija.
Snin wara li tlestiet il-knisja nhass il-bzonn li jinbena portiku adattat. Ma nafux jekk Lorenzo Gafa’ inkorporax portiku fid-disinn tieghu tal-knisja, ghax zgur ma kienx jaghmlu hek. Il-portiku kif inhu iktar jissejjah logga. Dan il-portiku serva biex bosta nies dahlu jiehdu ftit tan-nifs wara mixja twila sabiex jaslu sas-Santwarju.
 
Hdejn il-knisja hemm statwa tal-gebel, xoghol ta’ Vincenzo Decandia fl-1868. Tajjeb li wiehed jirrimarka li din l-istatwa thares lejn Hal Qormi fid-direzzjoni tal-knisja parrokjali.
 
Fatt kurjuz dwar din il-kappella huwa l-fatt li din tinsab fil-limiti ta' Haz Zebbug, imma taghmel mal-Parrocca ta' San Gorg f'Hal Qormi. Jignhad li fil-palazz ta' quddiem il-knisja kien jghix wiehed kavallier u li ghadda hajtu merhija ghall-ahhar. Darba hassu hazin u gie biex imut, pero' xtaq iqerr qabel ma jmut u baghat zewg qaddejja biex igibulu konfessur. Lill-wiehed baghtu Hal Qormi u l-iehor baghtu Haz-Zebbug. Gara illi dak ta' Hal Qormi wasal qabel l-iehor u l-qassis Qormi qarar lil dan il-kavallier, qarbnu u ghamillu l-Grizma tal-Morda, mbaghad meta miet haduh fil-knisja ta' Hal Qormi u b'hekk din il-knisja rabbiet il-pussess fuq din il-kappella. Jinghad ukoll li darba iz-Zebbugin u l-Qormin tlewmu fuq lil min tippartjeni. Meta marru quddiem l-imhallef, billi dan ma kinx jaf liema naha taghmel, saqsihom, liema naha thares il-kappella. Dawk prezenti wiegbu lejn Hal Qormi, u ghalhekk l-imhallef qal li hija tal-Qormin, u baqghet hekk sal-lum.

Matul din is-sena (2008) sar xoghol ta' restawr fuq barrata' din il-Knisja biex b'hekk tista tkompli titgawda mill-poplu Malti specjalment dak Qormi. Grazzi wkoll lil Gorg Mangion li b'dedikazzjoni kbira jiehu hsieb dan it-tempju. 
 
Il-Festa issir l-ewwel Hadd fuq il-15 ta' Awwissu.

Referenzi: www.cittapinto.com (bil-permess tal-webmaster)                                                      'Bliet u Rhula Maltin', ta' Alfie Guillaumier, Vol.2, il-hames edizzjoni(2005)                                     
'Is-Santwarju Tal-Hlas Hal Qormi', ta' Joseph Camilleri u Joseph Spiteri (2005)

kull min ghandu xi ritratti jew informazzjoni ohra hu mitlub jibghata fuq l-email festiqriema@gmail.com.