Il-Qawmien ta' Kristu Festa li tiġbet l-eluf lejn Ħal Qormi
Wara ic-Celebrazzjonijiet tal-Gimgha l-Kbira u Sibt il-Ghid ma jkunx jonqos il-qofol ta' dawn il-festi, igifieri l-Ghid il-Kbir fejn verament gewwa Hal Qormi ikun iccelebrat bil-kbir.
L-Ghid fil-Parrocca San Gorg
Fil-Parrocca ta' San Gorg, nhar Sibt il-Ghid filghaxija issir il-Quddies tal-Vgili ta' l-Ghid u wara il-Banda San Gorg Martri tferrah lil poplu Qormi bid-daqq tal-Valzi ta' l-Ghid, li tajjeb li wiehed jghid li dawn il-valzi ssibhom biss fi ftit irhula. L-Ghada filghodu fid-9.00am tohrog il-purcissjoni bl-istatwa sabiha ta' Kristu rxoxt li turi lil Kristu fuq il-qabar u zewg suldati jghattu wicchom bil-biza. Matul il-purcissjoni jiehdu sehem il-fratelli tal-parrocca, numru sabih ta' abbatini u z-zewg baned tal-Parrocca - l-Ghaqda Muzikali San Gorg Martri u l-Ghaqda Muzikali Anici. Malli l-purcissjoni tasal fejn il-Knisja tal-Vitorja l-Arcipriet ibierek il-Figolli.
Id-dhul ta' l-istatwa fil-knisja huwa wiehed spettakolari fejn ma joqosx numru kbir ta' nies li jimlew it-toroq ta' din il-parrocca. Fid-dhul ma tonqos il-girja bl-istatwa ta' Kristu Rxoxt u d-dhul fil-Knisja bil-Kant ta' l-Allelulia. Sadanittant il-Kamra tan-Nar 23 ta' April isellem lil Kristu Rxoxt b'kaxxa fil-hrug, murtali kif ukoll musketterija.
L-Ghid fil-Parrocca San Sebastjan
L-Ghid il-Kbir l-akbar festa li ticcelebra l-Knisja jigi iccelebrat b'pompa kbira gewwa l-parrocca ta San Sebastjan. Il-purcissjoni tibda hierga ghal habta tad-9.00am bis-sehem tal-fratelli, l-abattini u l-kleru tal-parrocca. Fil-purcissjoni jghatu sehem tghahom l-iscouts filwaqt li l-Banda San Sebastjan tas-Soc Fil.Pinto tallegra il-purcissjoni b'valzi. L-Ghaqda Armar San Sebaastjan tiehu hsieb li tarma t-toroq principali b'tizjin ta l-okazzjoni, filwaqt li l-Ghaqdna tan-Nar ta l-istess parrocca issellem lil-Kristu Rxoxot b'musketterija fil-hrug u id-dhul u b'murtaletti li jakumpanjaw il-purcissjoni.
Il-girjiet tradizzjonali li jisimbolizaw il-qawmien ta Kristu Rxoxt huma hamsa. Dawn isiru fi Triq San Bastjan (bejn l-istatwa ta San Gorg u dik ta San Bastjan) fi Triq San Bastjan (quddiem il-Kazin), u fid-dhul tal-purcissjoni fi Triq il-Vitorja, tarag taz-zuntier tal-knisja u gewwa l-knisja parrokkjali. Mal-wasla ta l-istatwa ta Kristu Rxoxt quddiem il-knisja ghal habta tal-12.00pm jitbirku il-figolli tan nies prezenti filwaqt li tigi imbierka figolla kbira u mqassma mal-folla prezenti. Il-purcissjoni tghaddi min Triq San Guzepp, l-istess triq li minnha kienet tghaddi il-purcissjoni ta Kristu Rxoxt meta Hal Qormi kellu parrocca wahda.
kull min ghandu xi ritratti jew informazzjoni ohra hu mitlub jibghata fuq l-email festiqriema@gmail.com.