It-Tifkira tal-Passjoni tal-Mulej
Iċċelebrati b'għozza kbira fil-zewġ parroċċi
Bla dubju ta' xejn Hal Qormi huwa maghruf ghall-festi tal-Gimgha Mqaddsa li jsiru fosthom il-purcissjoni tal-Gimgha l-Kbira fil-parrocca ta' San Gorg u l-purcissjoni bi Kristu Rxoxt fiz-zewg Parrocci.
Il-Festi tal-Gimgha Mqaddsa jibdew propju bil-festa ghaziza tal-Madonna tad-Duluri. Din il-festa tkun iccelebrata fiz-zewg parrocci ta' Hal Qormi, fejn issir purcissjoni li tigbed warajha eluf ta' nies. Waqt li numru ta' nies jimxu hafjin waqt il-purcissjoni fil-parrocca ta' San Gorg wiehed jinnota wkoll persuni igorru s-slaleb tal-weghda. Fejn iz-zewg knejjes parrokjali wiehed jinnota wkoll numru ta' bejjiegha ibighu ikel marbut ma' dawn il-festi fosthom il-qaghaq ta' l-Appostli.
Ic-Celebrazzjonijiet marbuta mal-Gimgha Mqaddsa, ikomplu l-Hadd filghodu, fil-jum fejn il-Knisja ticcelebra id-dhul solenni tal-Mulej f'Gerusalemm. Fil-Parrocca ta' San Gorg ghall-habta tad-9.00am titlaq il-Purcissjoni bis-sehem tal-fratelli u tfal libsin ilbies ta' zmien Kristu lejn il-Kappella tal-Madonna tal-Blat. Fejn il-Kappella issir it-tberik tal-frieghi taz-zebbug u l-qari tal-Vangelu. Wara il-purcissjoni tera tmur lura ghall-Knisja biex hemmhekk isir il-Quddiesa Solenni fejn jispikka il-Qari tal-'Passio'. Waqt il-Purcissjoni il-kor tat-tfal 'Exultate Domino' idoqq kant arbut ma' din il-Festa. Filghaxija l-Ghaqda Muzikali San Gorg Martri taghmel Kuncert Muzikali ta' Marci Funebri fi Pjazza San Frangisk.
Fil-Parrocca ta' San Sebastjan il-Purcissjoni bis-sehem tal-Fratelli titlaq mill-Knisja fi triqta lejn il-M.U.S.E.U.M. tal-Parrocca. Hemmhekk isir it-tberik tal-frieghi taz-zebbug u l-Qari tal-Vangelu. Wara il-Purcissjoni terga tirritorna lejn il-Knisja fejn issir il-Quddiesa Solenni bil-Qari tal-'Passio'. Filghaxija is-Socjeta' Filarmonika Pinto Banda San Sebastjan itella' serata muziko-letterarja b'tema religjuza, bis-sehem tal-Kor 'Laudate Dominum'.
Fil-parti ta' hawn taht ser nitkellmu dwar il-purcissjoni mill-isbah tal-Gimgha l-Kbira li ssir fil-Parrocca ta' San Gorg. Din il-purcissjoni hija wahda mill-isbah nett li hawn f'Malta specjalment ghall-istatwi li jsawru din il-purcissjoni u l-persunggi li jilbsu ilbies mill-isbah.
L-Istatwi:
1. L-Ahhar Cena: Hal Qormi huwa maghruf ghal din l-istatwa ghax propju hija unika f'Malta. Hija komposta minn Gesu u tnax-il Appostlu. Fin-nofs insibu wkoll l-mejda. Din l-istatwa inhadmet minn Salvatore Bruno gewwa Bari fl-Italja fl-1961. Salvu Debono u Guzeppi Agius hadu hsieb jigbru l-flus minghand il-poplu Qormi. Il-Kalci li wiehed isib f'id Gesu huwa tas-Sacerdott Beneditt Axisa.
2. Gesu' Fl-ort tal-Getsemani: F'din l-istatwa naraw lil Kristu fl-agunija fil-gnien imdawwar minn zewg angli li wiehed qieghed izomm salib filwaqt li l-iehor qed izomm salib. Saret minn Karlu Darmanin wara l-1878. Is-Salib sar minn Manwel Debono fl-1898 filwaqt li l-kalci kien tas-sacerdot Gwann Porsella Flores.
3. It-Tradiment ta' Guda: Turi lil Guda ftit sekondi qabel bies lil Kristu. Xoghol ta' Karlu Darmanin fl-1908. Sa l-1961 kienet l-ewwel tip ta' Statwa tax-xorta taghha.
4. Gesu Mahlul minn mal-Kolonna: Xoghol ta' Alfred Camillieri Cauchifl-1981. Hija statwa unika ghax turi l-mument meta Kristu kien qed jinhall minn mal-kolonna wara l-flagellazzjoni.
5. L-Ecco Homo: Xoghol ta' Alfred Camillieri Cauchi fl-1982.
6. Ir-Redentur: Xoghol ta' Karlu Darmanin fl-1887.
7. Gesu' jiltaqa' ma' Ommu Marija: Xoghol ta' Alfred Camillieri Cauchi fl-1980.
8. Il-Veronika u n-nisa ta' Gerusalemm: Xoghol ta' Alfred Camillieri Cauchi fl-1981. Il-Mara li qed izzom il-maktur b'wicc Gesu' hija xoghol antik ta' Karlu Darmanin, li gie restawrat minn Alfred Camillieri Cauchi.
9. Il-Vara l-Kbira: Il-persunaggi ta' Marija u San Gwann huma xoghol ta' Karlu Darmanin li jmorru lura ghat-18-il seklu. Barra l-Kurcifiss mill-isbah wiehed isib ukoll lil Marija Madalena.
10. Id-Depisizzjoni: Statwa unika li turi l-gisem ta' Gesu fuq Marija b'numru ta' persunaggi madwarha. Xoghol ta' Salvatore Bruno gewwa Bari fl-Italja fl-1965. (Hija meqjusa l-itqal statwa mis-sett tal-Vari tal-Gimgha l-Kbira.)
11. Il-Monument: Juri li Gesu midfun b'erba angli, wiehed kull kantuniera.Tmur lura ghat-18-il seklu. Fil-purcissjoni tas-sena 2007 inhareg b'dehra gdida wara xoghol li sar fuqu.
12. Id-Duluri: Xoghol mill-isbah tas-seklu 18. Turi lil Marija mnikkta b'anglu jzomm ix-xewk u l-imsiemer. Xoghol sabih fl-injam jidher fis-salib ta' din l-istatwa. Din l-Istatwa tohrog kemm dakinhar tal-Gimgha l-Kbira kif ukoll fil-festa tad-Duluri igifieri gimgha qabel il-Gimgha l-Kbira.
Ritratti mehuda minn Peter Grima fis-sena 2008
Il-Purcissjoni:
Fil-preludju nsibu lil Adam u l-Anglu, Abel u Kajjin. Irridu niftakru li s-salvazzjoni kienet necessarja minhabba d-dnub originali u li Abel, maqtul minn huh Kajjin, kien innocenti bhalma kien Gesu’. Kristu miet minhabba d-dnub originali u minhabba d-dnubiet personali tal-bnedmin. Diversi emblemi, bandalori u erba’ profeti tat-Testment il-Qadim – Isaija, Geremija, Danjel u Zakkarija – iwittu t-triq ghall-ewwel xena.
Hawnhekk naraw lil Melkisedek li kien l-ewwel wiehed li offra s-sagrificcju bil-hobz u l-inbid. Jidhru Lhudi u tifel bil-manna kif ukoll rahhala Lhud b’ghanqud kbir ta’ gheneb. Warajhom jigi l-appostli Indri b’zewgt itfal li jgorru l-hobz u l-hut. Dawn ix-xeni kollha jfakkru l-misteru tal-Ewkaristija li twaqqaf fl-Ahhar Ikla. Ghaldaqstant, din ix-xena taghlaq bil-vara tal-Ahhar Cena.
It-tieni xena hi qasira. Naraw emblem ital-passjoni u t-tliet appostli, Pietru, Gwanni u Gakbu, li kienu eqreb mill-ohrajn lejn Gesu’ fil-gnien tal-Getsemani. Il-banda allura takkompanja l-vara tal-Ort fil-Getsemani.
Guda biegh lill-Imghallem tieghu ghal tletin bicca tal-fidda u allura tidher din l-emblema flimkien mal-grupp li jirraprezenta lil Guzeppi mibjugh minn hutu. Simbolu iehor tat-tradiment ta’ Gesu’ hu l-grupp tas-Sultan David flimkien mal-kunsillier tieghu Ahitifel, li ttradieh u bhal Guda, wara tghallaq. Emblemi ohrajn, inkluza l-widna ta’ Malku, li Gesu’ fejqu mill-ferita li garrablu Pietru waqt l-arrest, iwassluna ghall-vara tat-Tradiment ta’ Guda.
Ix-xena tehodna lejn is-sinedriju. Ghalhekk jidhru l-qassisin il-kbar, Anna u Kajfa, flimkien mas-seftur taghhom Malku. L-emblemi li jidhru jinkludu wkoll is-serduk li jfakkar ic-cahda ta’ Pietru. Mit-Testment il-Qadim naraw lill-profeta Mikea li bhal Gesu’ issawwat ghax qal il-verita’; u lil Nabot u s-Sultan Ahab. Nabot inqatel bla htija ghax is-sultan u martu riedu l-artijiet tieghu. Gesu’ mbaghad intbaghat ghall-haqq ghand Ponzju Pilatu, li l-ewwel ikkundannah ghas-swat. Emblemi tas-swat u gruppi suldati Rumani bis-swat jipprecedu l-vara ta’ Gesu’ Jinhall mill-kolonna.
Jibdew jidhru l-emblemi SPQR li jfissru bil-Malti, is-Senat u l-Poplu ta’ Ruma, biex juru wkoll li Ruma kellha htija fil-kundanna ta’ Gesu’. Gesu’ gie nkurunat bix-xewk u ghalhekk naraw dan is-simbolu. Jidher Barabba mal-gwardja tieghu li Pilatu qal lil-Lhud biex jaghzlu bejnu u Gesu’. Imbaghad jidher Pilatu stess bl-entourage tieghu: sitt lictores li juru s-setgha li kellu fuq il-hajja u l-mewt, il-gwardji, gwardja personali flimkien ma’ zewg qaddejja bil-buqar u x-xugaman, li jfakkruna li Pilatu ried letterelment jahsel idejh mill-affari kollha. Wara tidher il-vara ta’ l-Ecce Homo.
Fis-sitt xena nibdew naraw nies igorru slaleb tal-weghda, kwazi kollha b’wicchom mghammad u x’uhud mexjin hafjin. Gesu’ issa gie kkundanat ghall-mewt u ser ikun is-sagrificcju ghal dnubietna. Jidhru z-zewg hallelin li ser imutu mieghu, Gizma u Disma. Jidher il-persunagg ta’ Abraham li jmexxi lil ibnu Izakk ghas-sagrificcju, simbolu ta’ Gesu’. Wara tidher il-vara tar-Redentur, jigifieri Gesu’ jaqa’ taht it-toqol tas-salib, precedut mill-buglers.
Xena qasira ta’ hames irgiel igorru s-slaleb u gwardja ta’ erba’ suldati Rumani ma’ fizzjal li jakkumpanja il-vara ta’ Gesu jiltaqa’ m’Ommu Marija.
Wara jimxu xi rgiel tal-weghda. Fit-triq tal-Golgota graw diversi avvenimenti. Tradizzjoni tghid li mara meshet wicc Gesu’ u ghalhekk jidhru hawn diversi simboli adatti. Fit-triq tqababd Xmun ic-Cirinew jerfa’ s-salib u ghalhekk naraw lil dan il-persunagg flimkien maz-zewg uliedu Xandru u Rufu. Il-kundanna ta’ Gesu’ giet imfissra bit-tabella Jesus Nazarenus Rex Iudeorum li tidher ukoll hawnhekk. Ix-xena taghlaq bil-vara li tirraprezenta tliet episodji: Veronika, Xmun ic-Cirinew, u n-Nisa ta’ Gersusalemm jibku lil Gesu’.
Id-disa’ xena hi meqjusa bhala l-qofol tal-purcissjoni. Gesu’ ser jigi sagrifikat u hawn jidher is-simbolu tal-Haruf tal-Ghid li jfakkar il-harga tal-Lhud mill-Egittu. Jidhru Mose’ u Aronne: Mose’ bis-serp tal-bronz kien heles lil dawk il-Lhud migdumin mis-sriep tan-nar u Aronne kien l-ewwel qassis il-Kbir, it-tnejn simboli ta’ Gesu’. Jidhru wkoll il-Leviti jgorru l-Arka tal-Patt, li issa ser tintemm ghax Gesu’ bil-mewt tieghu fetah zmien u patt gdid. Is-seba’ darbiet li tkellem Gesu’ fuq is-salib jidhru fuq seba’ bandalori li warajhom tidher gwardja Rumana ma’ Longinu, ic-centurjun li nifed il-kustat ta’ Gesu’ biex jaccertaw li verament miet. Zewg suldati ohra jgorru l-isponza u l-garra li jfakkruna meta Gesu’ kien bil-ghatx fuq is-salib. Banda takkumpanja l-Vara l-Kbira li turi l-Krucifissjoni ta’ Gesu’ li jidher agonizzant fuq is-salib.
Gesu’ issa miet u mal-mewt tieghu x-xemx ghebet kif jidher fis-simbolu. Is-suldati laghbu ghall-hwejjeg ta’ Gesu’, u ghalhekk jidhru s-simboli tal-loghob u tal-krucifissjoni. Jidher ukoll Xmun bil-bambin Gesu’ f’idejh li jfakkarna meta Gesu’ kien gie pprezentat fit-tempju u lil Marija Xmun kien qalilha li sejf ghad jinfidlha ruhha. Ezatt wara tidher il-vara tad-Deposizzjoni bil-Madonna zzomm f’hogorha il-gisem mejjet ta’ Gesu’ li ghadu kemm tnizzel mis-salib.
Wara l-mewt tigi d-difna. Gesu’ dam tlett ijiem fil-qabar u s-simbolu mit-Testment il-Qadim insibuh fil-profeta Gona li dam tlitt ijiem f’zaqq il-huta kbira. Is-salib tal-kleru, precedut minn abbati bic-censier, imexxi l-kleru tal-parocca li jakkumpanjaw il-vara tal-Monument, Gesu’ mejjet. Warajh jidhru Guzeppi minn Arimatea u Nikodemu bil-fwejjah u l-kefen ta’ Gesu’. Gesu’ indifen fil-qabar ta’ Guzeppi.
Il-purcissjoni taghlaq bit-tnax –il xena li hi qasira izda simbolika. Jidhru x-xettru u l-kuruna, simboli tas-slaten, ghax Kristu hu l-aqwa sultan li hallas b’hajtu ghan-nuqqasijiet tal-bnedmin. Zewg slaleb tal-weghda jwasslu ghall-vara tal-Madonna tad-Duluri li warajha jimxu wkoll numru ta’ devoti.
Referenza: www.cittapinto.com Joseph. F Grima, Il-purcissjonijiet tal-Gimgha l-kbira f’Malta u Ghawdex. ‘Diversi Kittieba’, Pubblikazjoni PIN 1992
kull min ghandu xi ritratti jew informazzjoni ohra hu mitlub jibghata fuq l-email festiqriema@gmail.com.