Il-Belt ta' Pinto
Wieħed mill-eqdem irħula fil-gzejjer Maltin
Hal Qormi huwa wiehed mill-aktar irhula antiki gewwa malta kif ukoll wiehed mill-akbar. Jinsab mibni bejn Wied is-sewda u Wied il-Kbir. Jinghid li din il-Belt kienet sahansitra tasal sa fejn l-gholja Xiberras. Dan nafuh bic-cert ghaliex l-ewwel parrocca fil-belt Valletta propju harget mill-parrocca ewelenija ta' San Gorg ta' Hal Qormi.
L-isem ta' Hal Qormi jgorr mieghu it-titlu ta' Belt. Dan it-titlu inghata li Hal Qormi mill-Grammastru Pinto li rabat ismu ma' din il-Belt. Dan it-tilu inghata wara talba ta' Dun Guzepp Vella, dak iz-zmien kappillan ta' l-unika parrocca li kien hawn f'Hal Qormi dik ta' San Gorg. Id-Digriet li ta t-titlu ta' Belt lil Hal Qormi inhareg nhar il-25 ta' Mejju 1743 u dan kien jghid hekk: Habita relatione, Terrain Curmi erlglmus In Clvltatem, Imponentes el nomen Pinto, li tfisser li hu gholla l-art ta' Hal Qormi ghad-dinjita' ta' belt u li taha l-isem Pinto.
Dan ir-rahal antik izda dejjem haj huwa maghruf ghan-numru ta' fran li wiehed isib fih u mhux ta' b'xejn li fl-antik kien jissejjah Casal Fornaro - ir-Rahal tal-Fran. Dan jixduh in-numru ta' fran li wiehed isib meta jkun qed idur dawra mat-toroq ta' Hal Qormi. Din il-Belt hija wkoll maghrufa ghall-festi kbar li ticclebra f'gieh il-qaddisin taghha. L-ewwel Parrocca f'Hal Qormi hija iddedikata lil San Gorg - Padrun ta' Hal Qormi li minnha harget il-Parrocca ta' San Sebastjan. Ta' min wiehed isemmi li barra z-zewg festi titulari isiru ghadd sabih ta' festi sekondarji li hafna minnhom huma c-celebrati ad unur il-Madonna.
F’Dicembru tal-1926 waqt thaffir ghall-pedamenti ta’ l-iskola primarja governattiva fi Pjazza Federico Maempel, instab qabar fil-blat bi spiera tonda u karma ovali b’ghadam uman u xi frak ta’ fuhhar ohxon. Jumejn wara, hdejh inkixef qabar iehor li kien nieqes minn materjal arkeologiku. F’Ottubru 1927 f’Wied is-Sewda instabu zewg oqbra imhaffrin fil-gnub ta’ spiera rettangolari li minnu nehhew ghadam u fuhhar. Intqal li l-oqbra tal-1926 kienu ta’ Zmien il-Bronz izda l-ghamla taghhom jixhdu li kienu Fenicju-Puniku bhalma jidher car li kienu dawk tal-1927. Puniku kien ukoll qabar li nstab fit-30 t’April 1962 fi Triq San Dwardu, li minnu gew elevati amfora urna, zewg dixxijiet, zewg platti, fuhhar u xi ghadam. Minn naha l-ohra, xi oqbra Rumani nstabu fil-lokalita’ qormija ukoll. Instabu tlieta bejn 21 u s-26 t’Ottubru 1936 hdejn l-Erba’ Qaddisin meta kienu qeghdin iwessghu t-triq li minn Hal Qormi twasslek fil-Hamrun. Fid-9 t’Ottubru 1955, inkixef qabar imhaffer fil-blat fi Triq Santa Katerina li kellu fih fuhhar u erba’ skeletri. Lejn tmiem is-sena 1966, f’Ta’ Rabbat bejn Hal Qormi u l-Hamrun, instabu zewg oqbra Rumani ohra li kien fihom diversi skeletri u xi fuhhar.
Fi zmien il-Francizi, Hal Qormi daq wkoll l-imrar fl-invazjoni li kienu ghamlu fl-1798. Kienet l-Ottava tal-festa ta’ Corpus Christi u l-knisja parrokjali ta’ San Gorg kienet armata kollha fided u bl-ahjar armar. Dawn malajr gew sekwestrati u ittiehdu mill-Francizi. Fil-qawma tal-Maltin kontra l-Francizi (1798-1800), Hal Qormi ta’ sehmu wkoll taht it-tmexxija tal-ispizjar Stanislaw Gatt.
Hal Qormi daqq il-flagell tal-pesta messu bil-qawwi, tant li mir-registru parrokjali li nsibu fil-knisja ta’ San Gorg jidher li l-pesta bidet fit-18 ta’ Mejju, 1813 u ntemmet fit-12 ta’ Marzu 1814. F’dan iz-zmien mietu 723 qormi. Wara l-1814, hafna Qriema fittxew ix-xoghol fl-ibliet u fl-inhawi tal-port. Zdiedet l-importanza tas-snajja’ u trobbija tal-annimali fl-irziezet. Filwaqt li l-produzzjoni tal-hobz u t-thin tal-qamh baqghu jissahhu.
Referenza: www.cittapinto.com 'Bliet u Rhula Maltin', ta' Alfie Guillaumier, Vol.2, il-hames edizzjoni (2005)
‘Mill-istorja ta’ Hal Qormi’, ta’ Joseph F.Grima, Vol.1 (2001)
kull min ghandu xi ritratti jew informazzjoni ohra hu mitlub jibghata fuq l-email festiqriema@gmail.com.