ILLUM IL-MUSICAL 'ĠORĠI...'
L-AKBAR AVVENIMENT TEATRALI F'BELTNA GHAL DIN IS-SENA
Posted on 13, Ottubru, 2009 by FestiQriema, updated on 6, Novembru, 2009
Nawguraw li l-organizzaturi, l-atturi u lil dawk kollha li qed jagħtu s-sehem tagħhom, biex dan il-Musical ikun suċċess. Kif ukoll nawguraw lill-GĦAQDA QAWMIEN f'għeluq l-10 snin mit-Twaqqif tagħha.
L-AĦĦAR FTIT BILJETTI - JISTGĦU JINKISBU MILL-BIEB.
Nikkundaw l-atti vandali li qed isiru fuq il-posters ta' dan l-avveniment kulturali minn nies immaturi u irrespnsabbli.
Awguri Sem. Mark Ellul
Se jkun ordnat Djaknu il-Ħadd 8 ta' Novembru
Posted on 28, Ottubru, 2009 by FestiQriema
Is-Seminarista Mark Ellul mill-Parroċċa ta' San Sebastjan se jkun ordnat Djaknu flimkien ma' sitta oħra, minn Mons. Arċisqof Pawl Cremona, nhar il-Ħadd 8 ta' Novembru fis-6.00pm fil-Knisja ta' Kristu Re, Raħal Ġdid. Kulħadd huwa mistieden għal din iċ-ċelebrazzjoni, filwaqt li nkomplu nitlobu għall-aktar vokazzjonjiet u għall-qdusija tas-saċerdoti b’mod speċjali f’din is-sena dedikata lilhom.
Nawgurawlhom u nwegħduhom it-talb tagħna.
Proposti għall-Riforma fil-Festi
Zmien ta' Konsultazzjoni dwar id-Dokument...sat-30 ta' Novembru
Posted on 5, Ottubru, 2009 by FestiQriema
AGĦFAS HAWN BIEX TNIŻŻEL ID-DOKUMENT (PDF)
Il-Programm 'Disset' dwar il-Festi (Di-ve.com)
Ħalli l-opinjoni u l-kummenti tiegħek
Is-Sena 2009 mimlija Anniversarji
Anniversarji li juru r-rikkezza ta' l-istorja tagħna
1725 sena Mit-Twelid ta' San Ġorġ Megalomartri 70 sena minn meta zzanznet il-Palma tad-Deheb (l-antika - li tkun fin-niċċa)
425 sena
mill-bini tal-Knisja Arċipretali
u Arċimatriċi ta' San Ġorġ M.M.
325 sena
mit-tlestija tal-koppla
tal-Knisja Arċipretali
u Arċimatriċi ta' San Ġorġ M.M.
90 sena
Anniversarju mit-twaqqif tal-
Kumitat Festi Esterni San Ġorġ M.M.
25 sena
Anniversarju mit-twaqqif ta'
l-Għaqda ta' l-Armar San Sebastjan.
30 sena
Anniversarju mit-twaqqif ta'
l-Għaqda tan-Nar San Sebastjan.
5 snin
Anniversarju mill-bidu ta'
Bastjanizi FM.
Din hija website dwar il-festi kbar li jkunu iccelebrati fil-belt ta' Pinto. L-Ghan taghha hija li tippromovi dawn il-festi u turi l-imhabba li l-qormin ghandhom lejn il-qaddisin li taghhom jiccelebraw il-festi.
Kull min ghandu informazzjoni jew ritratti fuq il-festi tal-Qriema jibghathom fuq l-email: festiqriema@gmail.com
N.B. Din il-website ma hija propjeta' ta' l-ebda ghaqda marbuta ma' xi festa qormija. Kull min jara nuqqas ta' parzjalita fuq din il-website hu mitlub jibghat email fuq l-indirizz ta' hawn taħt.
Grazzi talli dħalt f'din il-website.
Int mitlub tħalli il-Kumment tiegħek fil-guestbook.