Storja Kbira - Qalb Zgħazugħa
Il-Medju Evu
Il-Bidu tal-parrocci ewlenin Maltin hu mitluf fil-bahh ta’ l-imghoddi u, ghalanqas s’issa, ma nafux sewwa sew meta twaqqfu l-ewwel centri pastorali parrokkjali. Fl-imghoddi nghataw xi dati izda dawn harighom xi hadd minn jeddu u kif deherlu hu, minghajr ebda sisien dokumentati. Li nafu fi zgur hu li l-ewwel ghaxar parrocci rurali raw il-bidu taghhom fiz-zminijiet tan-Nofs, il-Medju Evu. Fosthom kien hemm parrocca bazata f'Hal Qormi li llum tghodd ’il fuq minn 600 sena ta’ hajja attiva. Izda meta twaqqfet din il-parrocca? Dan hu tabilhaqq dak li ser nippruvaw insibu biex imbghad nisiltu l-istorja taghha.
Twaqqif tal-Parrocca
Il-parrocca ta’ San Gorg ta’ Hal Qormi hi wahda mill-eqdem li hawn fil-gzejjer Maltin izda, madankollu, mhix maghrufa s-sena meta twaqqfet bhala parrocca. Min-naha l-ohra, hu fatt maghruf u dokumentat li kienet zgur tezisti fl-1436. Dan johrog minn dawk li jissejjah Rollo ta’ l-Isqof Senatore de Mello (1) li hu lista twila ta’ ghadd mhux hazin ta’ benefizzji, animagji u prebendi li fl-1436 kienu jezistu f’Malta u mqassmin fost il-kleru ta’ dik is-sena. F’din il-lista jissemmew ghaxar cappelle, jew parrocci, u minhabba f’hekk diversi kittieba fl-imghoddi kkwotaw dan id-dokument u sahqu li fl-1436 twaqqfu ghaxar parrocci godda, fosthom wahda f’Hal Qormi.(2) Izda jekk wiehed jifli sew dan ir-Rollo, ma jsib xejn u xejn dwar twaqqif ta’ parrocci. Imkien ma nsibu li l-ghaxar cappelle waqqafhom l-Isqof de Mello, izda aktarx li x’uhud minnhom kienu ilhom imwaqqfin ghadd ta’ snin qabel mhux hazin.(3).
Wiehed ma jistax ihares lejn dan id-dokument minghajr ma jifli wkoll mieghu l-kuntest ta’ l-istorja ta’ Malta f’dik l-epoka. Dawk id-decennji partikolari (jigifieri s-snin 1420-1440) kienu zmien ta’ ghaks u niket minhabba taqlib politiku liema bhalu: il-qawmien nazzjonali Malti kontra t-tirannija tas-sid fewdali Gonsalvo de Monroy, (4) il-pesta li hakmet lill-gzejjer Maltin (5), l-attakk tal-Mori fl-1429 u ghaks kbir li mbghad gie fuq Malta.(7) Dawn kienu problemi kbar li kellhom ihabbtu wicchom maghhom il-Maltin kollha, fosthom il-Qormin, u certament ma kenitx tinhass il-htiega ta’ firxa, la fis-settur civili u lanqas f’dak ekklesjastiku. Fi kliem iehor, ma kienx zmien li jitwaqqfu parrocci godda u dan kollu jissokta jwettaq dak li diga’ ghidna dwar ir-Rollo.
Izda hemm hjiel li juri li Hal Qormi kien ilu ghadd ta’ snin li kien mgholli fi status ta’ parrocca. Fl-Arkivju tal-Vatikan instab document li jirreferi ghall-mewt tal-kappillan ta’ Birkirkara fl-1402, (8) jigifieri 34 sena qabel ir-Rollo ta’ l-Isqof de Mello. La kien hemm kappillan karkariz fl-1402, hi haga cara li l-parrocca ta’ Birkirkara kienet twaqqfet xi snin, ftit jew hafna, qabel. Izda Birkirkara dak iz-zmien kienet izghar minn Hal Qormi ghax, skond il-listi tad-Dejma, kellha inqas irgiel fid-Dejma kemm fl-1419 kif ukoll fl-1424. (9) Ghalhekk, wiehed jista’ jargumenta li, jekk Birkirkara kienet diga’ parrocca fl-1402, Hal Qormi kellu l-istess status ghax kien akbar. Ricerkatur modern sa wasal biex jikteb li l-parrocci Maltin setghu twaqqfu fi zmien l-Isqof Ilario (1356-70) u dan minzabba zewg ragunijiet: li dan l-isqof hu dokumentat li zar Malta fil-waqt li l-ohrajn qatt ma kienu jersqu lejn il-gzira, u li wera certu zelu fit-tmexxija tad-djocesi fdata lilu.(10) Dan kollu jaghti indikazzjoni qawwija li t-twaqqif ta’ Hal Qormi f’parrocca sehh fis-seklu erbatax, ghalkemm s-sena ezatta nibqghu ma nafuhiex.
Il-Knisja Parrokkjali
Il-knisja parrokkjali tal-lum x’aktax hi t-tielet wahda li nafu li nbniet fuq l-istess post. Ta’ qabilha ttelghet fl-1456, izda ma nafu xejn dwar il-knisja aktar bikrija li kien hemm, bhalma jirrizulta minn kitba mnaqqxa f’cangatura li llum hi ngastata fil-hajt hdejn il-battisteru tal-knisja prezenti. Il-kitba, maqluba ghall-Malti, tghid hekk: 1456. L-10 Jum tax-xhar ta’ Settembru. Dan il-hajt (twaqqaf) fi zmien Don Giglio Lombardo, Kappillan ta’ din il-Knisja. Il-prokuraturi tal-bini kienu Matteo Cassar u Pietro Camillieri. (11) Dan ifisser li, fi zmien il-kappillan Lombardo, imbniet knisja parrokkjali gdida jew tkabbret li kien hemm.
Izda x’kien l-istil arkitettoniku ta’ din il-knisja? Kif kienet mibnija? Ma jezistu ebda pjanti jew pitturi taghha, izda jidher li fiz-zmien medjevali ma tantx kien hemm differenzi arkitettonici bejn il-knejjes parrokkjali u kappelli ohrajn. Ghal kull ghamla ta’ maqdes kienu juzaw il-gebla tal-franka, kemm ghall-hitan kif ukoll ghas-soqfa li, parti importanti minnhom, kienu l-arkati. Bhala regola, kienu jibnu zewg hitan mirfudin flimkien u jimlew il-vojt ta’ bejniethom bit-terrapien. Il-hajt ta’ gewwa kien ikun maghmul minn gebel zghir m’hux minqux izda mkahhal u mbajjad, fil-waqt li ta’ barra kienu jtellghuh b’gebel zmarrat (ashlar bl-Ingliz) maqtugh kwadru. Ghas-saqaf kienu jaghmlu arkati paralleli li kienu jispiccaw kemmxejn ghall-ponta u fuqhom kienu jqieghdu x-xorok. Dawn ix-xorok ma setghux ikunu akbar minn qasba - bejn sitta u seba’ piedi - ghax dan kien l-itqal piz li kienu jifilhu. Ghaldaqstant, id-distanza ta’ bejn arkata u ohra kienet tkun ta’ madwar sitt piedi. (12) M’ghandniex nahsbu li l-knisja ta’ Hal Qormi kienet differenti minn din id-deskrizzjoni, anzi nafu zgur li kienet imsaqqfa fuq l-arkati kif ser naraw aktar ’il quddiem. Nafu wkoll li l-orjentazzjoni ta’ l-artal maggur kien il-kuntrarju minn dak li hu llum fil-knisja prezenti. (13)
Izda nergghu lura ghall-gebla tal-1456; minn din, studjuz jislet idea ragunata ta’ kif jahseb li kien il-bieb tal-knisja tal-1456. F’kitba ppubblikata fl-1984, insibu din id-deskrizzjoni ta’ din Ic-cangatura antika: ta’ ghamla kemmxejn tawwalija li tispicca f’srk ftit jew wisq bil-ponta. Madwarha hemm lavur semplici u, fuq l-ark, bhal qaws Gotiku msebbah b’tinqix ta’ weraq tal-hannewija. Donnu min hadem il-plakka kellu f’mohhu bieb ta’ knisja tas-seklu hmistax bhal dak li ghadna naraw fil-faccata tal-kappella tan-Nativita’ li tmiss mal-knisja ta’ Bir Miftuh. Tghid l-artist m’hux maghruf hallielna tifkira ta’ kif kien il-bieb tal-knisja tal-1456? Il-weraq tal-hannewija kien element ta’ dekorazzjoni mfittex hafna fl-arkitettura medjevali-tardiva ta’ Malta. (14)
Din il-knisja parrokkjali medjevali kellha zewg kappelli jew imissu maghha jew fic-cimiterju ta’ madwarha. Fl-1575, Monsinjur Pietru Dusina ghamel Vista Appostolika - kif g]ad naraw aktar fit-tul ’il quddiem - u rrefera ghalihom. Kienu ddedikati lil-Lunzjata u lil San Mikiel, u x’aktarx kienu jinfdu ma’ xulxin permezz ta’ bieb. (15) Izda referenza ferm eqdem tmur lura g]as-sena 1500 ghax, fl-atti notarili tan-Nutar Consalvo canchur, insibu li certu Nucju Cassar ta dar f’Hal Qormi lil Pawlu Cassar, gar tieghu u aktarx qaribu wkoll, bil-patt li sakemm idum haj jixghel lampa kull nhar ta’ Sibt u fil-vgili tal-festa ta’ Santa Marija fil-knisja zghira tal-Lunzjata li kien hemm fic-cimiterju tal-knisja ta’ San Gorg tal-parrocca u jhalli li wara mewtu, titqaddes quddiesa f’giehu nhar il-festa tal-Lunzjata fl-istess knisja.(16)
Mela jidher li din il-knisja parrokkjali kellha cimiterju madwarha bhalma kellhom hafna knejjes Maltin ohrajn ta’ dak iz-zmien. Izda d-dfin ma kienx isir fic-cimiterju biss izda wkoll fil-knejjes - direttament fl-art, x’aktarx fuq xulxin - fejn kien hemm ukoll oqbra privati. (17) Dan jghodd ukoll ghal Hal Qormi, anzi hemm x’juri sewwa li fil-knisja kien hemm oqbra privati. Fl-1534, il-kappillan il-gdid Dun Guljanu Borg laqqa’ l-parruccani biex jaraw kif setghet tissewwa d-dar tal-kappillan li kienet imharbta. Certu Bartilmew Schembri offra uqija flus ghal dan il-ghan bil-patt li jinghata qabar fil-knisja parrokkjali fit-tieni arkata quddiem l-artal ta’ Santa Marija. (18) Fl-ewwel registru parrokkjali, li nbeda fl-1563 meta kienu ghadhom juzaw l-istess knisja medjevali u dik prezenti kienet ghadha ma nbnietx, il-kappillan kien inizzel regolarment li sar id-dfin fil-knisja. (19)
Minn dak li nafu x’gara fl-1534 jissokta jwasslilna aktar taghrif dwar il-knisja medjevali Qormija. Jinghad car u tond li kienet imsaqqfa bil-hnejjiet u x-xorok, li kien hemm mill-anqas artal wiehed, minbarra dak magguri u li f’Hal Qormi kien hemm devozzjoni lejn Santa Marija. Anzi xhud ta’ din id-devozzjoni sahansitra tmur lura lejn is-sena 1502 meta tissemma Fratellanza ta’ Santa Marija: confratie sanctae Mariae sancti Georgi parocchia Casalis Curmi huius insole.(20) Ma nafux x’sar minnha din il-fratellanza izda hi haga zgura li ma baqghetx tezisti tant li lanqas issemmiet fil-Vista Appostolika ta’ Monsinjur Dusina fl-1575. (21)
Meta nigu ghall-qaddis titulari tal-parrocca, jigifieri San Gorg Martri, insibu l-ewwel referenza miktuba fl-1522 fl-Arkivju tal-Katidral ta’ l-Imdina, refernza li jtennuha diversi drabi fis-snin ta’ wara: Sancti Georgii di casali Curmi (1522); sancti Georgii Casalis curmi, parocchia (1532); sancti Georgii casalis Curmi (1536). (22) Izda dan ma jfissirx li l-parrocca kienet iddedikata lil xi qaddis iehor. Bizzejjed nghidu li ghadu jezisti l-kwadru titulari li bejn wiehed u iehor tpitter lejn nofs is-seklu hmistax u fih hemm ix-xbiha ta’ San Gorg Martri.
Parruccani
U wehidha tigi l-mistoqsija, “Kemm kienet kbira l-parrocca qormija?” Biex wiehed iwiegeb, irid ihares lejn it-territorju u lejn in-numru ta’ parruccani. Bhala territorju, Hal Qormi kien jasal sa u jinkludi fejn illum hemm il-Belt, u hekk baqa’ sakemm inbniet Valletta.
Rigward il-parruccani, irridu naraw kemm zdiedu matul is-snin. L-ewwel taghrif li ghadna dwar figuri ta’ Qormin insibuh fil-lista tad-Dejma tal-1419. Dak iz-zmien, kull ragel ta’ bejn is-16 u l-65 sena, sakemm ma kienx marid, kien obligat jaghti sehmu fid-Dejma, ir-rigment Malti li kien jghasses ix-xtut, permezz ta’ roster, kontra l-ghadu Mislem. Biex naslu ghal numru li jqarreb ta’ abitanti, niehdu n-numru ta’ l-irgiel fid-Dejma u nimmoltiplikawh b’hamsa. Fl-1419, kien hemm 102 irgiel u 108 fl-1424. Fl-1483 kien hemm 130 qormi fil-lista ta’ l-angara, jigifieri dawk li kellhom jahdmu b’xejn ghal xi jiem fuq tiswijiet ta’ toroq u swar. (23) B’hekk nafu li n-numru ta’ parruccani qormin, bejn wiehed u iehor, kien 510 fl-1419, 540 fl-1424 u 650 fl-1482. Dawn il-figuri juru li r-rahal kien qed jikber aktar u aktar, u kien kbir mhux hazin ghal dawk iz-zminijiet.
Jidher li bosta Qormin tal-Medju Evu kienu jahdmu fir-raba’. Uhud kellhom l-art taghhom, izda kien hemm ohrajn li ma kellhomx. (24) Il-Parrocca qormija kienet bhal bqija ta’ Malta: tigbor fiha haddiema fil-qasam agrikolu. Anke fil-prodotti ma tantx kien hemm x’wiehed jaghzel bejn post u iehor. Fl-art saqwija kienu jkabbru l-qoton u c-cereali: qamh u xghir fix-xitwa u qoton fis-sajf. Maghhom inzidu frott u hxejjex li minnhom kien hemm varjeta’ mhux hazin, madwar mija, fosthom il-bettieh, tuffieh, hawh, langas, laring u mill-anqas erba’ varjetajiet ta’ gheneb. Fuq art baghlija kienu jkabbru l-qamh u x-xghir. (25) Il-prezz ta’ l-art f’Hal Qormi ghola hafna fl-ahhar erbghin sena tas-seklu hmistax tant li certu Beneditt Galdes mill-Imdina fl-1499 stqarr li bicca art li kienet tiswa 11 -il uqija kienet ghadha kemm inbieghet ghal 23 uqija. (26)
Bhal fil-bqija ta’ Malta, iz-zmien kien jitqies skond il-perjodi meta jsir ix-xog]ol: meta thallas id-diecmi, meta taghsar l-inbid, meta tizra, meta taqta’ l-ucuh tar-raba’, ecc. U dawn kienu jikkalkulawhom skond xi festi religjuzi partikolari: Ras ir-Randan (Frar/Marzu); San Gwann il-Battista (Gunju); Santa Marija (Awissu); San Martin (Novembru); il-Milied (Dicembru; u maghhom inzidu l-Pentekoste u Corpus Christi (Mejju/Gunju). Dawn il-festi kienu ccelebrati sew, anzi maghhom inzidu l-Karnival u l-Imnarja. F’diversi festi kienu jqassmu xi ikel u xorb lil xi foqra u f’Hal Qormi wkoll, kif tixhed x’kien isir nhar Santa Marija. Mal-kappelli ta’ Santa Marija tal-Blat, ta’ Qrejqca u kappella ohra bl-istess isem, li m’ghadhiex tezisti, kien hemm dhul ta’ flus marbut mat-tqassim ta’ karita’ lil ghadd ta’ foqra f’jum il-festa. (27)
Referenza: Mill-Ktieb "Minn Grajjiet Parrocca Maltija: SAN GORG ta' HAL QORMI ca. 1400-2003" ta' Dr. J. F. Grima - 2003
Matriċi - Omm il-Belt Kapitali
Kburija għax tat ħafna wlied
Fl-1530 Malta ghaddiet f’idejn l-Ordni ta’ San Gwann. Fi gziritna kien hemm min ma ghogbitux din il-bidla, izda kien hemm ukoll min ha gost biha ghax deherlu li Malta kien ser ikollha difiza ahjar. Li hu zgur hu li, bl-Ordni f’Malta, donnhom tkattru l-attakki tal-Misilmin fuq il-gzejjer Maltin bhalma jixhed l-inzul kbir tal-1551 meta waslet armata Torka ta’ madwar 10,000 ruh u kulhadd telaq jistkenn wara s-swar tal-Birgu u l-Imdina. Fl-inzul li sehh saret taqtigha qrib Hal Qormi u, m’ghandniex xi nghidu, il-parrocca qormija sofriet hafna danni. Fil-fatt, hu maghruf li, minbarra l-hsara li garrbet il-kampanja Maltija mit-Torok, l-aktar li sofrew hsarat kienu Hal Qormi u Birkirkara.(1) L-Ordni ha passi biex isahhah id-difizi ta’ Malta u, fost mizuri ohrajn, bhalma kien it-taqsim ta’ Malta f’distretti taht il-kmand ta’ kavallier jew tnejn ghal kull post, bena l-Forti Sant Iermu(2) fuq territorju li kien jaghmel mal-parrocca ta’ Hal Qormi. Fuq l-ilsien art - jew promontorju - fejn inbena Sant Iermu, Santa Lucija u San Nikola li kienu filjali tal-parrocca San Gorg. Il-kappillan ta’ Hal Qormi kien jaghmel il-festi taghhom u dan xehduh fl-1570 Dun Leonardo Saura u Angelo Batorra, it-tnejn qormin, li qalu li dan kien ilu jsir mill-anqas minn zmien il-kappillan Dun Gwann Saura (1504-8).(3)
Registru Parrokkjali
Fl-1563 gie fi tmiemu l-Koncilju ta’ Trento li fih sar tigdid tal-Knisja Kattolika. Minn dan il-koncilju importanti hafna fl-istorja tal-Knisja, hareg l-obligu li kull parrocca tibda zzomm registru, jew sett ta’ registri, parrokkajli fejn jinkitbu l-maghmudijiet, iz-zwiegijiet, il-grizma ta’ l-isqof, u l-imwiet tal-parruccani. Registru iehor, imsejjah l-iStatus Animarum, kien jigbor fih l-ismijiet tal-parruccani kollha, flimkien ma’ taghrif jekk kull wiehed u wahda kienx jaqdi l-obbligi religjuzi tieghu jew le.
Fl-ewwel sena tal-parrokat tieghu, sewwa sew fis-6 ta’ Awissu jigifieri gimgha biss wara li ha l-pussess, il-Kappillan Cilia beda l-ewwel registru li ta bidu ghall-arkivju parrokkjali li jezisti llum. Dawn ir-registri parrokkjali tal-parrocci Maltin huma minjiera ta’ taghrif dwar l-antenati tag]na u min jaf kemm-il darba ntuzaw il-kotba ta’ l-iStatus Animarum biex ikkalkulaw il-popolazzjoni tal-gzejjer Maltin.
L-Assedju l-Kbir
Wara l-inzul Tork tal-1551, issahhew id-difizi ta’ Malta u kien hemm il-hsieb li tinbena belt gdida, flimkien mal-Forti Sant Iermu, fuq l-Gholja Sceberras li, bhalma diga ghidna, kienet taghmel mal-Parrocca ta’ Hal Qormi. Dan il-pjan ma sehhx ghal diversi ragunijiet u, meta fil-fatt l-attakk Tork sehh u bil-kbir fl-1965, il-Forti Sant Iermu kien id-difiza wahdanija f’territorju qormi. Il-flotta Torka waslet Malta fit-18 ta’ Mejju u n-nies tal-kampanja marru jfittxu kenn wara s-swar ta’ l-Isla, il-Birgu u l-Imdina. Ghall-ewwel, lill-Qormin kienu qalulhom biex morru jistkennu fil-foss tal-Forti Sant Iermu izda, meta deher bic-car li t-Torok kienu ser jibdew l-offensiva taghhom b’assedju fuq dan il-post, il-Gran Mastru de Valette ordna biex in-nies kollha jigu evakwati fil-Birgu u l-Isla. F’Sant Iermu baqghu biss is-suldati tal-gwarniggjon.(4) Maghhom baqa’ wkoll il-kappillan ta’ Hal Qormi, Dun Gioannello Cilia.
Tassew ftit, tghoddhom fuq is-swaba’, kienu l-Insara li salvaw mill-forti Sant Iermu ghax id-difensuri tieghu mietu jaqdu dmirhom lejn nieshom, dinhom u pajjizhom. Fost dawn l-eroj kien hemm il-kappillan Cilia li rawh bl-ixkubetta jissielet mat-Torok, u jfarrag lil Pietro Miraglia li kien midrub u mahruq. Il-Kappillan Cilia ma laqax l-offerta tal-barklor Gregorio Schembri biex jehilsu minn fejn kien u jiehdu l-Birgu, izda ghazel li jibqa’ fit-taqtigha jfarrag lill-erwieh sa l-ahhar. Wara l-waqgha ta’ Sant’Elmo, rawh qrib Sant’Anglu, il-Birgu, imewweg f’wicc il-bahar b’rasu maqtugha.(5) Hu dokumentat li l-gisem ta’ Dun Gioannello ntgharaf minn makkjatura li kellu f’siequ.(6)
Il-Bini ta’ Valletta L-Assedju l-Kbir baqa’ sejjer sa Settembru, meta waslet ghajnuna minn Sqallija u Malta harget rebbieha.(7) Ir-rebha thallset bi prezz qares u jinghad li ma kienx hawn familja wahda Maltija li ma tilfitx lil xi hadd ghaziz taghha. Il-pajjiz kien imfarrak u kien jehtieglu doza qawwija ta’ twemmin fih innifsu. Dan sar bil-proposta tal-bini ta’ belt gdida, Valletta, fuq territorju li kien fil-konfini tal-parrocca ta’ Hal Qormi. Il-bini ta’ din il-belt gab mieghu t-tama ghal gejjieni agjar u c-cans li l-Malti jibni xortih fuq il-bzulija u x-xoghol tieghu. Il-bini ta’ din il-belt kien ifisser qligh ekonomiku ghall-Maltin ghax, bix-xoghol li nghatalhom, setghu jkollhom id-dhul finanzjarju mehtieg biex isewwu l-herba li kienu hallew warajhom it-Torok fid-djar, fl-ghelieqi, fil-mod li kienu jghixu. Hafna Qormin kienu jaqilg]u hobzhom mill-biedja, dak il-qasam li tant bata mill-effetti ta’ l-assedju. Ghaldaqstant, ma nizbaljawx jekk insostnu li kienu bosta dawk il-Qormin li meddew ghonqhom ghax-xoghol fit-tiswir tal-belt il-gdida, il-belt Valletta.
Sadattant, Hal Qormi baqa’ minghajr kappillan u, qabel ma seta’ jinhatar raghaj spiritwali gdid, kellu jigi accertat li Dun Gioannello Cilia kien tabilhaqq mejjet. Hekk gara, izda ma kienx qabel l-1569 li tneha kull dubju u lahaq kappillan gdid.(8) L-ghazla waqghet fuq Dun Marjanu Briffa, imwieled f’Hal Luqa f’Dicembru 1545,(9) li kien ghadu kjeriku meta ha l-pusses f’Gunju 1569 u mbaghad gie ordnat sacerdot fil-31 ta’ Dicembru 1569.(10) Dak iz-zmien mhux darba jew tnejn kjeriku kien jilhaq kappillan qabel ikun ordnat sacerdot. Billi l-belt Valletta kienet qed tinbena fuq territorju tal-parrocca ta’ Hal Qormi, il-Kappillan Briffa hass ir-responsabbilta’ tal-kura spiritwali tal-haddiema li kienu jahdmu f’dan il-progett hekk kbir. Dan gara ghax il-lokal kien imtela bit-tined tal-haddiema li marru jghixu fuq il-post biex jaqilghu aktar flus billi kienu jithallsu bl-imqieta. Diversi Ordnijiet religjuzi ta’ patrijiet, fosthom id-Dumnikani, bdew jaghmlu xoghol spiritwali fost il-haddiema li x-xoghol taghhom beda jidher sew l-ewwel fit-tiswir tas-swar u mbghad fit-tqasim u l-bini tal-belt.(11)
L-ewwel gebla ufficjail kienet tqieghdet nhar it-28 ta’ Marzu 1566(12) u x-xoghol mexa b’mod li, hames snin wara, sewwa sew fit-18 ta’ Marzu 1571, il-Gran Mastru Pietru del Monte caqlaq il-kwartieri ta’ l-Ordni ta’ San Gwann mill-Birgu ghal Valletta, ghalkemm kien ghad ma kienx hemm djar u palazzi lesti. Dan il-pass ittiehed biex jigi zgurat li l-bini jitla’ b’pass izjed mghaggel ghax il-kbarat ma kinux jiehdu gost jghixu f’hafna bini temporanju.(13) Il-problema tal-kura spiritwali ta’ l-abitanti Maltin baqghet hemm u, minkejja x-xoghol tal-kappillan ta’ Hal Qormi, il-patrijiet Dumnikani hasbu kif setghu jwaqqfu parrocca gdida Dumnikana fil-Belt. Il-kappillan Briffa donnu basar x’kien ser jigri u bhal ipprova jiehu passi biex dan it-twaqqif ma jsehhx ghax, propju fl-1 ta’ Lulju 1571, fir-registru tal-maghmudijiet ta’ Hal Qormi nbdiet taqsima gdida biex fiha jibdew jirregistraw dawk it-trabi li jitwieldu fil-belt il-gdida. Izda tarbija wahda biss lahqet giet iregistrata f’din is-sezzjoni, tifla jisimha Pawlina.(14)
Parrocca Matrici
Fit-2 ta’ Lulju 1571, il-Papa dumnikan San Piju V ippromulga l-bolla appostolika Ex Debito Pastoralis li, permezz taghha, waqqaf parrocca gdida f’Malta: il-parrocca dumnikana tal-Madonna tal-Portu Salvu fil-belt Valletta(15) li hi popolarment maghrufa mill-poplu bhala “ta’ San Duminku”. B’hekk, minkejja l-opposizzjoni li kien hawn mhux biss mill-Kappillan Briffa izda wkoll mill-Kurja Episkopali Maltija, twaqqfet l-ewwel parrocca fil-belt il-gdida. Din il-grajja ma kenitx tfisser biss li naqsu l-konfini tal-Parrocca San Gorg ta’ Hal Qormi izda wkoll li issa saret matrici, jigifieri omm ta’ parrocca ohra. Inzidu li dan kien biss il-bidu ghax kellhom johorgu diversi parrocci ohrajn, b’mod dirett jew indirett, tul is-sekli ta’ wara, minn Hal Qormi, fosthom il-parrocci ezistenti fil-Belt stess, jigifieri ta’ San Pawl Nawfragu, il-Madonna ta’ Damasku (tal-Griegi) u Santu Wistin, flimkien mal-parrocca dumnikana li tkellimna dwarha.
Il-Kappillan Briffa ma qatax qalbu li jgibha zewg u jannulla t-twaqqif tal-parrocca l-gdida, kif fil-fatt riedet il-Kurja, izda fit-23 ta’ Settembru 1577, il-Papa Gregorju XIII warrab ghal kollox il-pretensjonijiet tieghu jew ahjar, bhalma jinghad b’mod aktar popolari, impona fuqu s-silenzju perpetwu. Izda l-Papa ordna wkoll li, jekk kien hemm xi diecmi jew hlasijiet ohrajn li qabel kienu prerogattiva tal-kappillani ta’ Hal Qormi u issa ghaddew f’idejn il-parrocca l-gdida, il-patrijiet Dumnikani kellhom irodduhom lura lill-parrocca ta’ San Gorg.(16)
Ghal bosta snin baqghu jqisu lill-Kappillan Briffa bhala bniedem li ddefenda l-interessi parrokkjali ta’ Hal Qormi minhabba l-fatt li tant iggieled kontra l-qtugh ta’ din il-parrocca l-gdida mill-konfini qormin. L-ahhar rimarka dwar dan, fuq iz-zuntier tal-knisja parrokkjali ta’ San Gorg hemm domna fuq kolonna li fuqha hemm imnaqqxa s-sena 1671. Jista’ jkun li din tqieghdet fil-post biex tfakkar l-ewwel centinarju minn meta harget l-ewwel parrocca minn Hal Qormi u l-parrocca qormija saret matrici.(17)
Referenza:Mill-Ktieb "Minn Grajjiet Parrocca Maltija: SAN GORG ta' HAL QORMI ca. 1400-2003" ta' Dr. J. F. Grima - 2003
Iz-Zjara ta' Mons. Dusina
Waqqaf il-Fratellanza tas-Sagrament
Fl-istorja ta’ pajjizna naraw bic-car l-incertezza li kien hawn f’Malta tul l-ewwel hamsa u tletin sena tal-hakma ta’ l-Ordni ta’ San Gwann. Bhalma diga’ rajna, l-Assedju l-Kbir tal-1565 gab mieg]u tharbit, izda s-snin ta’ wara din il-graja storika kienu perjodu ta’ ghaqda u rabta li wittew it-triq ghas-seklu sbatax. Ghaxar snin wara l-assedju sehhet vista appostolika tal-gzejjer Maltin minn Monsinjur Pietro Dusina li zar il-parrocci, il-knejjes u l-kappelli kollha li kien hawn f’Malta u Ghawdex. Ir-rapport li hareg minn din iz-zjara hu document importanti hafna ghax jaghtina stampa tajba tal-qaghda Maltija fl-oqsma eklesjastici, socjali u ekonomici, ghaxar snin biss wara l-assedju. Minn dan id-dokument nisiltu kemm il-pajjiz in generali, u l-irhula/parrocci partikolari, kienu mxew ’il quddiem u kemm dawn l-ghaxar snin kienu qieghdu fis-shih lil Mlatin fit-triq tal-progress.(1)
Il-missjoni ta’ Mons. Dusina kienet li jara li jsehhu w jkunu osservati d-digrieti li hargu minn Trento. Mons. Dusina gie determinat li jdahhal ir-riformi u ghalhekk ma nizbaljawx jekk nghidu li l-migja tieghu f’Malta rat il-bidu tal-Kontro-riforma Kattolika f’pajjizna.(2)
Vista tal-Knisja Parrokkjali
Il-vista ta’ Mons. Dusina f’Hal Qormi bdiet nhar is-Sibt 5 ta’ Frar u tkompliet it-Tnejn 7 ta’ Frar 1575.(3) L-ewwel li zar, flimkien ma’ diversi personalitajiet ekklesjastici, fosthom id-Dumnikan Damjan Taliana li kien teologu maghruf, kienet il-knisja ta’ San Gorg li ma tantx jidher li sabha f’qadgha generali tajba meta wiehed iqis u jifli x’ordna li kellu jsir: tabernaklu gdid, pissidi, subpedale ghall-artal maggur, kuccarun tal-fidda flok wiehed ta’ l-injam ghall-maghmudijiet, u sagristija. Fil-fatt, sab li l-armar tal-knisja kien jinzamm fi djar privati. Iz-zewg artali li kien hemm mal-gnub ta’ l-artal maggur kienu minghajr dedika, neqsin minn kollox u kienu saru b’devozzjoni mill-poplu.(4)
Bhalma ghamel f’diversi parrocci ohrajn, Mons. Dusina waqqaf il-Fratellanza tas-SS. Sagrament fil-5 ta’ Frar bl-iskop li jitwassal is-SS. Sagrament lill-morda. L-imsebhin kellhom id-dritt li jindifnu bl-ilbies tal-fratellanza. Ta’ min jinnota li Mons. Dusina ma ghamel ebda referenza ghall-Fratellanza ta’ Santa Marija li semmejna, li kienet tezisti f’Hal Qormi fil-bidu tas-seklu sittax. Dan jaghtina x’nifhmu li din il-fratellanza ma baqghetx tezisti.
L-istat mhux daqstant tajjeb tal-knisja juri li l-poplu kien fqir izda nibdew nahsbuha xort’ohra meta naqraw l-ilmenti aktarx gravi min-nies dwar kif kien jaqdi dmirijietu l-Kappillan Briffa. Il-parrocca kienet minghajr vici-parrokku u ghalhekk, meta kien iwarrab il-kappillan minn Hal Qormi, ma kinux jigu amministrati s-sagramenti, il-parruccani kienu jibqghu minghajr maghmudijiet u l-grizma tal-morda, u lanqas ma kien isir id-dfin tal-mejtin.
Monsinjur Dusina zar mhux anqas minn 15-il kappella li kienu jezistu fir-rahal propju. X’uhud minnhom ghadhom jezistu, jew ahjar, hemm kappelli ohra fuq l-istess sit; izda ohrajn spiccaw ghal kollox tant li lanqas nafu l-post ezatt fejn kienu mibnija. Tmienja minnhom kienu ddedikati lill-Madonna: sitta lil Santa Marija u tnejn lil-Lunzjata, izda s-sebgha l-ohra kellhom dediki differenti. Mhux kollha kienu f’qaghda tajba, anzi hafna minnhom kienu mitluqin u neqsin minn hwejjeg essenzjali, sahansitra l-bibien. Dan hu fatt kurjuz izda tista’ tghid ghala: x’aktarx li kien rizultat ta’ l-istragi li gab mieghu l-Assedju l-Kbir, meta t-Torok hadu ghall-uzu taghhom l-injam kollu li sabu u l-kappelli baqghu s-snin bin-nuqqas, minhabba l-iskarsezza ta’ din il-kommodita’ f’Malta.
Referenza: Mill-Ktieb "Minn Grajjiet Parrocca Maltija: SAN GORG ta' HAL QORMI ca. 1400-2003" ta' Dr. J. F. Grima - 2003
Il-Bini tal-Knisja l-Ġdida
Il-Bini beda fl-1584
Fl-1582, Dun Marjanu Briffa lahaq Kanonku tal-Katidral u warajh inghata l-pussess Dun Mattew Magro. Dan il-kappillan, li kien imdahhal fiz-zmien, dam sena biss fil-kariga ghax fl-1583 irrizenja minhabba sahhtu. Jissemma warajh Dun Gwann d’Emanuele izda dan is-sacerdot kellu biss il-kura tal-parrocca, locum tenens, sakemm kellu jilhaq kappillan gdid. Fid-29 ta’ Gunju 1585 nghata l-pussess Dun Frangisk Cassia li jidher li kien dam aktar minn sena jithabat biex jiehu l-kariga ta’ kappillan. Dun Frangisk baqa’ fil-kariga sa mewtu li grat fl-1615.(1) Kien f’dawn is-snin li ttiehdet decizjoni importanti hafna: li tinbena knisja parrokkjali gdida fuq l-istess art fejn kienet il-qadima.
Ghidna li din id-decizjoni kienet importanti hafna. Dan ghidnieh ghal zewg ragunijiet: l-ewwelnett ghax kien hemm bzonnha ghall-kura spiritwali tal-membri tal-komunita’ ta’ Hal Qormi. Il-knisja li kien hemm kienet zghira wisq u lanqas kellha sagristija. Din ir-raguni wehidha tfisser il-bzonn tal-bini l-gdid. It-tieni nett, kienet decizjoni importanti mill-aspett mondan ta’ l-istorja ta’ l-arkitettura f’Malta ghaliex biha Hal Qormi fetah triq gdida fil-hajja tal-bini tal-knejjes parrokkjali godda fil-gzejjer taghna.(2)
L-Ewwel Bini
M’hemm ebda dubju dwar is-sena li fiha bdiet tinbena l-knisja parrokkjali li hawn illum ta’ San Gorg. Fl-atti tal-vista parrokkjali ta’ l-1615, l-Isqof Baldassare Cagliares isemmi b’mod car is-sena 1584 u dan gie mwettaq fl-atti tal-visti li saru wara li ghamel l-Isqof Michele Balaguer da Camarasa fl-1636 u fl-1645.(3) Dan ifisser li x-xoghol inbeda meta, teknikament, il-parrocca kienet minghajr kappillan, ghalkemm ma nistghux ma nahsbux, minhabba li m’hemmx dokumentazzjoni, li d-decizjoni kienet ta’ Dun Frangisk Cassia li, bhalma diga’ ghidna, kien qed jithabat biex jiehu f’idejh it-tregija tal-parrocca.
F’dawn l-ewwel snin jidher li x-xoghol mexa ’l quddiem b’ritmu tajjeb. Hekk jixhdu l-visti pastorali ta’ Monsinjur Ascanio Libertano fl-1585 u ta’ l-Isqof Tommaso Gargallo fl-1588.(4) Minn din l-ahhar vista, nisiltu taghrif siewi bhal, nghidu ah]na, li l-artal maggur issa kien ihares lejn il-Punent, il-kuntrarju ta’ kif inhu llum. Dan ifisser li sar tibdil skond fiex kien ikun wasal il-bini. Jissemma wkoll li l-kwadru titulari kien it-trittiku medjevali impitter fuq l-injam li diga’ semmejnieh. Jekk wiehed jifli sew il-visti pastorali ta’ bejn l-1601 u l-1645,(5) jasal biex jghid li l-knisja kienet iffurmata minn zewg taqsimiet, kull taqsima b’saqaf ta’ gholi differenti: ta’ gewwa kellu saqaf troll izda l-parti ta’ barra kellha saqaf mibni fuq il-hnejjiet. Dan ifisser li, ghall-anqas sal-1645, il-knisja l-qadima kienet ghadha taghmel parti mal-gdida. Wiehed jista’ jahseb ghal xiex kienet tintuza l-knisja l-qadima: forsi bhala speci ta’ kor jonkella bhala sagristija. Tajjeb wiehed ifakkar li, tradizzjonalment, jinghad li l-knisja l-antika medjevali kienet in-naha tal-kappellun tar-Ruzarju tal-lum.(6) Biex il-knisja l-gdida setghet tinbena fuq l-istess art, kellhom jitwaqqghu l-kappelli medjevali tal-Lunzjata u ta’ San Mikiel li kienu hdejn il-knisja l-qadima u li diga’ semmejniehom. Meta nbniet il-knisja l-gdida, saru zewg artali fin-navijiet bl-istess zewg dedikazzjonijiet biex jiehdu post iz-zewg kappelli.(7)
Mill-istess visti pastorali jidher car li din il-knisja l-gdida kienet maghmula minn navata fin-nofs u zewg navi mal-genb taghha. Fi kliem iehor, kienet il-korsija u z-zewg navi li ghandna llum ghalkemm mibdula xi ftit. Il-visti jaghtu x’wiehed jifhem li din l-ewwel fazi kienet lesta sal-1615 u forsi qabel ukoll, sal-1601. Uzajna l-kliem l-ewwel fazi, izda dan mhux preciz ghal kollox billi fil-fatt din il-knisja gdida kienet lesta minn dak li kellu x’jaqsam ma’ xoghol ta’ bini.
Ilum hadd ma jimmagina l-knisja ta’ San Gorg b’forma differenti milli ghandha bhalissa, jigifieri l-forma ta’ salib Latin. Izda fil-fatt jidher car li, ghall-ewwel, il-knisja kienet ippjantata bhala binja rettangolari u tixbah hafna l-knejjes li bena Glormu Cassar fl-ahhar tletin sena tas-seklu sittax.(8) Izda l-knisja ta’ Hal Qormi kellha xi haga differenti. Fil-knejjes tieghu, Cassar dahhal, mal-gnub tan-navata centrali, kappelli separati minn xulxin b’hajt ohxon sew. Il-knisja ta’ Hal Qormi ma gietx ippjantata bhalhom ghax, minflok kappelli laterali, hemm zewg navati. Dawn servew biex jilqghu fuqhom l-ispinta tas-saqaf u joholqu spazju akbar. Ma nafux min kien il-perit inkarigat izda, kien min kien, jew ghax kellu hekk f’mohhu jew b’kumbinazzjoni, holoq pjanta li tixbah lill-bazilika paleokristjana bi tliet navati. Din l-osservazzjoni meqjusa ghamilha Monsinjur Vincent Borg li kompla: “Bil-bini ta’ din il-knisja, in-nies ta’ Hal Qormi taw lil Malta l-akbar knisja parrokkjali ta’ dawk iz-zminijiet u bdew hajja gdida fil-bini tal-knejjes parrokkjali godda ta’ gziritna". Wiehed jista’ llum jghid li kien proprju f’Hal Qormi li twieled il-bidu tar-rinaxximent ta’ l-arkitettura ta’ dawn il-knejjes parrokkjali godda f’art twelidna.” (9)
Tinbidel il-Pjanta Fil-bidu tas-seklu sbatax, f’Malta kien hawn bhal moviment gdid favur il-pjanti tal-knejjes f’ghamla ta’ salib Latin. Diversi lokalitajiet kabbru l-knejjes rettangolari li kellhom billi ziedu zewg kappelluni u b’hekk taw forma gdida lill-imqades ta’ l-irhula taghhom.(10) Din il-forma gdida kienet tehtieg ukoll il-bini ta’ koppla biex jinghaqdu flimkien il-knisja originali u l-kappelluni. Min-naha l-ohra, min beda jibni knisja gdida beda jaddotta l-forma ta’ salib Latin, moviment li x’aktarx jaf il-bidu tieghu ghall-pjanti li hejja Giuseppe Valeriano ghall-knisja tal-Gizwiti fil-Belt.(11) Wiehed irid izomm f’mohhu li l-knisja ta’ Hal Qormi kienet diga’ nbniet meta beda jinfirex dan il-moviment.
Izda jidher car li l-Qormin ma ridux jibqghu lura u ttiehdet id-decizjoni li l-knisja qormija titkabbar u ssir fuq l-istil ta’ salib Latin. L-ewwel xoghol inbeda qrib is-sena 1630, ghallanqas hekk jghidu l-atti tal-vista pastorali ta’ l-Isqof Baldassare Cagliares tal-1630.(12) Milli jidher dan ix-xoghol kien marbut mal-faccata tal-knisja ghax il-vista pastorali tal-1636 turi li l-faccata kienet ghadha kemm tnaqqxet b’sengha kbira u li fil-kampnar kien hemm zewg qniepen, ta’ hames qnatar u ta’ qantar.(13) Ta’ min jishaq, hawnhekk, li l-elementi kollha tal-faccata ma nbnewx kollha f’daqqa. Il-kampnari la nbnew mill-ewwel u lanqas ma ttellghu flimkien. It-tieni kampnar jissemma l-ewwel darba fl-1679 (14) u l-iskultura fil-faccata li ssemmiet fl-1636 ma nsibux imnizzel min naqqaxha, ghalkemm il-finezza u s-sbuhija tax-xoghol jixhdu id Tumas Dingli. (15)
Ix-xoghol tal-knisja ssokta u tlesta ghall-habta tal-1653 ghax fil-vista pastorali ta’ dik is-sena, l-Isqof Michele Balaguer Camarasa kkummenta li l-knisja “hi mill-isbah u x-xoghol fiha ghoddu wasal fit-tmiem tieghu, jonqos biss il-koppla.” (16) Dan il-kliem iwettaq li z-zewg kappelluni u l-kor kienu nbnew bhalma nafuhom illum ghax il-koppla kienet l-element li tghaqqad flimkien dawn l-erba’ partijiet strutturali.: il-korsija, iz-zewg kappelluni u l-kor. F’din il-vista, l-isqof jghid ukoll li l-knisja kellha seba’ bibien,(17) l-unika wahda f’Malta li kellha dan l-ghadd.
Izda l-bidla fil-ghamla tal-knisja rettangolari ghal binja ta’ salib Latin ma saretx bl-addocc. Kull min hu midhla sew tal-knisja u l-pjanti taghha(18) jaf li, minkejja li l-knisja ma nbnietx kollha f’perjodu wiehed, il-qisien originali gew rispettati fiz-zidiet u t-tibdil li saru tul it-tieni fazi. Apprezzament arkitettoniku professjonali u deskrizzjoni mill-aqwa tal-knisja kienu ppubblikati mill-Perit Michael Ellul fl-1984.(19) F’dil-kitba tieghu, Ellul isemmi kemm huma ezatti l-qisien meta wiehed ikejjilhom bil-units ta’ dak iz-zmien: qasab u xbar. Meta jitkellem dwar kemm il-proporzjonijiet huma ezatti, jikteb hekk:
“Tul tal-knisja: 22 qasba; tul fil-kappelluni: 17-il qasba u nofs; wisa’ tal-knisja: 4 qasab; wisa’ tal-kappelluni: 3 qasab u nofs. Il-pilastri magguri huma mfassla go kwadru preciz ta’ qasba b’qasba, u l-pilastri ta’ bejn il-hnejjiet go rettangolu ta’ 6 ixbar u nofs b’5 ixbar u nofs. Interessanti hafna l-fatt li meta wiehed jiehu l-vojt bejn il-bazijiet tal-pilastri, isib li l-proporzjon tal-wisa’ ghat-tul huwa wiehed ghal kull hamsa, jigifieri tliet partijiet ghall-korsija, wahda ghall-koppla, u wahda ghall-kor, fil-waqt li kull kappellun ghandu cirku wiehed min-navi ’l gewwa.”
Il-Perit Ellul issokta jghid li min hejja dawn il-pjanti kien jaf tajjeb hafna x’qieghed ifassal:
“Jidher car li min iddisenja l-knisja kien familjari hafna ma’ l-arkitettura klassika u kien jaf sewwa t-teoriji ta’ l-ewwel Rinaxximent ta’ Leon Battista Alberti (1401-1472) u ta’ Francesco di Giorgio (1439-1501/2) ibbazati fuq ic-cirku, imsejjah il-forma perfetta ghall-pjanta, u l-kwadru doppju ghall-gholi." (20)
Min kien il-Perit tal-Knisja? Il-knisja ta’ San Gorg titqies bhala holqa importanti fl-istorja ta’ l-arkitettura f’Malta u dan jixhduh il-kitbiet ta’ diversi awtoritajiet bhal Hugh Braun, J. Quentin Hughes, Leonard Mahoney u Michael Ellul. Izda, minkejja dan il-fatt, bqajna ma nafux min ipppjantaha. Minhabba dan in-nuqqas, tajjeb li wiehed jipprova jasal ghal attribuzzjoni ghalkemm l-ewwel irridu naghmlu distinzjoni bejn dak li hu ppruvat storikament u dik li mhix ghajr attribuzzjoni. Jekk ikun jezisti dokumentar awtentiku - dan jinkludi kuntratt, kummissjoni, pjanta originali datata u ffirmata, ecc - allura din tkun prova storika. Min-naha l-ohra, jekk isir studju serju fuq l-istil ta’ artist jew perit u jsir taqbil ma’ xoghlijiet maghrufin bhala tieghu, allura jkollna attribuzzjoni. Din tista’ tkun ta’ siwi kbir izda rridu naghmluha cara li qatt ma tkun konklussiva.
Biex wiehed jittanta jasal ghall-ghan taghna, irid l-ewwel jidentifika l-ahhar periti maghrufin ta’ l-epoka. Dawn kienu: Glormu Cassar, ibnu Vittorio Cassar, Tumas Dingli u Francesco Buonamici. Nibdew minn ta’ l-ahhar:
Il-Professur Guze’ Galea fl-1928 attribwixxa l-knisja ta’ Hal Qormi lill-perit Buonamici, forsi ghax kien influwenzat minn attribuzzjonijiet ohra lilu, izda li llum gew ippruvati li huma zbaljati. Izda Galea ma kellu ebda bazi soda li fuqha bena l-hsieb tieghu ghajr l-asserzjoni li “dak iz-zmien xoghlijiet bhal dawn kienu kollha f’idejh, u z-zewg prospettivi tal-genb ghar-reqqa tas-sengha u s-sbuhija taghhom jixbhu wisq ix-xoghol tieghu. Barra minn hekk fil-gnien tal-Knisja tal-Hlas ghad hemm fdalijiet minn tal-prospettiva tan-nofs li ma taghrafhomx minn dawk tal-knisja tal-Gizwiti li bena hu”. B’xorti hazina, dan l-awtur zbalja f’zewg hwejjeg:
1. Buonamici twieled fl-1596, 12-il sena wara li bdiet tinbena l-knisja u ma wasalx Malta qabel l-1635;
2. Buonamici wettaq rimodellatura estensiva fl-1647 fil-Knisja tal-Gizwiti izda l-knisja nfisha kienet inbniet fuq pjanti ta’ Giuseppe Valeriano meta Buonamici kien ghadu tifel zghir.
Li nistghu nisiltu ta’ valur minn din it-teorija hu biss li Buonamici forsi kellu xi sehem fil-prospettivi ta’ l-artali fit-truf tal-kappelluni. Izda hi haga certa li ma setax kien imdahhal fl-ippjantar tal-knisja.
Jekk inharsu lejn Tumas Dingli nsibu li fl-evalwar l-aktar modern tas-sehem tieghu, aktar qed tohrog il-hila tieghu bhala scalpellino - skultur irfinut fil-gebla - milli bhala perit. Kien biss fl-1633 li nsibuh indikat bhala perit, u dan meta diga’ kellu 42 sena. Hemm diversi knejjes li nbdew qabel din id-data u kienu atribwiti lilu u ghalhekk tohrog it-teorija li Dingli ssokta xoghlijiet mibdijin minn haddiehor. Il-knisja ta’ San Gorg qatt ma kienet attribwita lilu ghalkemm l-iskultura fina tal-bibien tal-faccata setghu saru minnu, bhalma diga’ rajna.
B’hekk naslu ghal Glormu u Vittorio Cassar. Hugh Braun fl-1944 u J. Quentin Hughes fl-1956 kitbu li aktarx Vittorio Cassar kien responsabbli ghall-pjanta tal-faccata tal-knisja izda kienu qed jghoddu bhala haga minnha dik li llum nafu li ma gratx hekk: li l-knisja nfisha u l-faccata nbnew flimkien.
Fl-1984. il-perit Michael Ellul ipprova jersaq lejn il-likk meta ghamel tentattiv ghal attribuzzjoni permezz ta’ ezercizzju purament akkademiku. Ikkonkluda li Glormu Cassar seta’ kien il-perit li ppjanta l-knisja u li Vittorio Cassar kellu sehem fil-faccata. Ellul ghaqqad flimkien lil dawn iz-zewg periti ghax ibbaza fuq il-fatt li Vittorio ha l-apprendistat tieghu ma’ missieru Glormu u kompla wkoll xi xoghlijiet fuq disinji tal-missier.
Aktar dirett u specifiku kien il-perit Leonard Mahoney. Hughes u Ellul kienu sahqu li l-faccata tal-knisja tinkludi hafna elementi li nsibuhom f’disinn ta’ perit Taljan tas-seklu sittax, Sebastiano Serlio, li kopja tax-xoghol tieghu kienet tezisti f’Malta dak iz-zmien u allura setghet tigi kkonsultata waqt ix-xoghol tal-bini. L-argument ta’ Mahoney jimxi fuq dawn il-linji:
i) il-mudell ta’ Cassar ghall-faccata tal-Kon Katidral ta’ San Gwann kien proposta ta’ Michelangelo ghall-faccata ta’ San Lorenzo go Firenze u maghha zied zewg kampnari bhalma kien iddisinja Serlio;
ii) min iddisinja l-faccata ta’ San Gorg ghamel l-istess bhal Cassar ghal San Gwann;
iii) min ghamel hekk bil-fors li kien student ta’ Glormu Cassar li kellu f’idejh il-qisien precizi tad-disinji ta’ Michelangelo ghall-Kappella tal-Medici u l-faccata ta’ San Lorenzo, it-tnejn go Firenze;
iv) min iddisinja l-faccati ta’ San Gwann u ta’ San Gorg bil-fors kellu f’idejh dawn il-qisien;
v) Vittorio tghallem minghand missieru Glormu u l-prattika dak iz-zmien kienet li l-artigjan izomm is-sigrieti tal-mestier tieghu fic-cirku tal-familja tieghu;
vi) Vittorio kien sar perit bhal missieru Glormu.
Ghalhekk, ghal Mahoney, kollox jindika li l-faccata ppjantaha Vittorio Cassar.
Min-naha l-ohra, wiehed irid jiftakar ukoll li Vittorio Cassar miet fl-1609 u l-faccata nbniet wara. Dan kollu minnu, izda haga facli li haddiehor ha hsieb il-bini tal-faccata fuq pjanti mhejjija minn Vittorio Cassar ghadd ta’ snin qabel, bhalma gara fil-kaz tad-diversi torrijiet li nbnew wara l-mewt ta’ Vittorio fuq disinji tieghu. Fi studju dwar Vittorio Cassar, il-professur Victor Mallia-Milanes ukoll jishaq li Vittorio Cassar trabba taht l-istess tradizzjoni arkitettonika ta’ missieru Glormu, dik medjevali tardiva. Izda jzid ukoll li l-influwenzi arkitettonici ta’ Glormu setghu laqtu wkoll lil xi periti ohrajn.
Semmejna l-faccati ta’ San Gwann u ta’ San Gorg flimkien. Ix-xebh bejniethom insibuh fl-istess teknika ta’ komposizzjoni, l-istess ghejjun ta’ ispirazzjoni u l-istess hsieb Manjerista. Izda mbaghad johrog kuntrast aktarx qawwi: f’San Gwann tispikka s-sahha, it-toqol u l-qawwa filwaqt li fil-faccata ta’ San Gorg tohrog espressjoni ta’ grazzja, eleganza u aspirazzjoni vertikali li tfakkrek fil-hsieb Gotiku.
L-Artali Sekondarji fil-Knisja M’ghandniex nahsbu li, fiz-zjara tieghu fl-1623, il-Gran Mastru de Paule ra xi knisja lesta u armata b’xi numru ta’ artali tal-gnub b’kull ma hu mehtieg ghat-tizjin taghhom. Xejn minn dan. Anzi, jekk wiehed jiftakar fil-kronologija tal-bini kif semmejnieh, malajr iqis li l-knisja kienet lanqas biss ghadha hadet is-sura li ghandha llum. Aktar ’il fuq urejna hafif hafif li sal-1630 il-knisja ma jidhirx li kellha artali fil-kappelli kollha tal-gnub.
Meta l-knisja kienet ghadha ma haditx l-ghamla ta’ salib Latin, kellha dawn l-artali: tal-Gandlora li kien tal-Fratellanza tas-SS. Sagrament; tar-Ruzarju li kien tal-fratellanza li ggib l-istess isem; tal-Lunzjata u ta’ San Mikiel li saru flok iz-zewg kappelli ta’ istess ismijiet u kienu nhattu biex inbniet il-knisja; u tal-Madonna tal-Grazzja li kienu jiehdu hsiebha l-furnara.
Wara l-1630 zdiedu artali ohrajn. Quddiem l-artal tal-Madonna tal-Grazzja sar iehor iddedikat lil San Tumas Appostlu, fil-waqt li hdejn dak ta’ San Mikiel twaqqaf artal lil San Guzepp. Artal iehor, li ddedikawh lill-Madonna ta’ Trapani, twaqqaf mill-koppja Marjanu u Katerina Haxixa (Axisa) sal-1634. Izda din id-devozzjoni kellha gajja qasira ghax, sal-1645, dan l-artal kien gie ridedikat lill-qaddisin Sidor u Pankrazju (jew Brankat) u, bhalma diga ghidna, kien f’idejn il-bdiewa.
Meta saru l-kappelluni, iz-zewg artali ewlenin fihom inghataw liz-zewg fratellanzi li kien hemm fil-parrocca f’dan is-seklu. Tas-Sagrament hadu dak tal-lemin (meta tkun thares lejn l-artal maggur), tal-Gandlora, u tar-Ruzarju nghataw dak tax-xellug, kif ghadhom sal-lum.
Devozzjoni gdida li xterdet ma’ Malta wara l-1640 kienet dik tas-Sodalita’ ta’ l-Agunija li f’Hal Qormi twaqqfet fid-19 ta’ Marzu 1653 u nghatat l-artal l-iehor li kien hemm fil-kappellun tar-Ruzarju fejn, bhala pittura titulari, fl-1651 kienu diga’ qieghdu l-panew tan-nofs tat-trittiku medjevali li jirraprezenta d-Deposizzjoni. Din il-pittura ghadha hemm sal-lum. Fil-kappellun tal-Gandlora, it-tieni artal, kien iddedikat lill-Madonna tal-Katina, devozzjoni marbuta mal-jasar ta’ l-ilsiera. Il-pittura titulari gabuha mill-kappella ta’ Sant’ Andrija (flokha llum hemm il-knisja ta’ San Frangisk) u waqqfu Sodalita’ tas-Serviti tal-Madonna. Din id-devozzjoni baqghet sal-1679 meta l-artal kien iddedikat mill-gdid lill-Prezentazzjoni tal-Madonna fit-Tempju. Devozzjoni ohra kienet taz-Zjara lil Santa Elizabetta li tissemma darba wahda biss, fil-vista pastorali tal-1588. Madankollu, kien ghad hemm kappella vojta u din inghatat lis-sajjieda ghall-habta tal-1673 li bnew artal iddedikat lil Sant’ Andrija.
Aktar ma gerbu s-snin tas-seklu sbatax, aktar bdew izejnu dawn l-artali bi prospettivi mnaqqxin fil-gebel, u pari ta’ kolonni, fuq stil barokk. Interessanti hu l-fatt li wiehed minnhom, ta’ San Guzepp, kien ta’ l-injam u nifhmu ghaliex: il-mastrudaxxi ghazlu li jnaqqxu gwarnic fl-injam indurat ghax dik kienet is-sengha taghhom. Mat-tizjin ta’ l-artali tal-gnub, ma nistghux inhallu barra l-kor, li mhemmx ghalfejn nghidu kellu l-akbar prospettiva fil-knisja u li kellu sitt kolonni. Jidher car li l-prospettivi ta’ l-artali kollha kienu lesti sal-1679, qabel ma nbniet il-koppla fl-1684.
B'hekk naraw li sal-1630 il-knisja kienet nieqsa mill-artali tal-gnub u dawn bdew jinghataw lill-haddiema ta’ certi snajja’ partokolari kif ser naraw:
bejn l-1630 u l-1636: l-artal ta’ San Tumas lin-naggara u haddiema fil-gebel;
bejn l-1630 u l-1636: l-artal ta’ San Guzepp lill-mastrudaxxi;
qabel l-1645: l-artal ta’ San Sidor u San Pankarazju (Brankat) lill-bdiewa;
qabel l-1656: l-artal tal-Madonna tal-Grazzja lill-pizaturi, ta’ l-imtiehen u ta’ l-ifran;
1673: l-artal ta’ Sant’Andrija lis-sajjieda;
Dan kollu juri bic-car li fil-parrocca qormija kien hemm firxa mhux hazin ta’ snajja’ li maghhom inzidu li fl-1666 jissemmew li kien hemm hafna massari u min jahdem il-Belt.
Il-Koppla Mela sal-1653 il-knisja kienet lesta kif nafuha llum, ghajr il-koppla. Bhalma rajna, il-bini originali ma kienx jinkludi koppla u l-erba’ pilasti tal-presbiterju ma kinux tellghuhom bl-iskop li jerfghu fuqhom bini li jizen min jaf kemm il-tunnellata. Ghaldaqstant, riedu joqoghdu attenti hafna lil min iqabbdu jippjantaha u wkoll xi hsieb ikollu f’rasu l-perit li jintaghzel. Mhux ta’ b’xejn li ghaddew ’il fuq minn tletin sena ohra qabel ittellghet il-koppla li ghadha titgawda sal-lum.
Il-koppla tlestiet fl-1684, sena li nsibuha mnaqqxa fil-koppla stess u li maghha nzidu taghrif iehor mill-vista pastorali ta’ l-Isqof Davide Cocco Palmieri fl-1686.(21) Bhala perit kienu qabbdu l-maghruf Lorenzo Gafa’ li, f’dak l-istess zmien, kien qed imexxi l-bini tal-kor tal-katidral il-qadim fl-Imdina u tal-knisja parrokkajli tas-Siggiewi.(22) Gafa’ baqa’ maghruf, fost hwejjeg ohra, ghal kif biddel il-fisjonomija tal-koppli f’Malta: minn binjiet ta’ xehta pezanti ghal koppli dinamici li estetikament ipaxxu l-ghajn.(23) Ix-xoghol li halla f'Hal Qormi m’ghamillux ghajb meta wiehed izomm quddiem ghajnejh id-diffikultajiet teknici li kellu jirbah biex jirnexxu l-pjanti tieghu.
Kif Gafa’ rnexxielu jeghleb din id-diffikulta’ jiddiskrivi tajjeb hafna l-Perit Michael Ellul b’dan il-kliem:(24)
“Ma jidhirx li kien il-hsieb li l-knisja, meta nbniet, ikolha koppla, u Gafa’, quddiem din id-diffikulta’ teknika li ghal hafna, anke fi zmienna, kienet tkun meqjusa bhala difficli hafna jekk mhux ukoll impossibbli, hareg b’soluzzjoni brillanti tant mil-lat estetiku kif ukoll minn dak ta’ kostruzzjoni, u li ghadha tghaggeb sal-lum lil kull min jifhem xi ftit fis-sengha tal-bini. Gafa’ kellu l-kuragg li jtella’ koppla li tizen mijiet ta’ tunnellati fuq erba’ pilastri relattivament zghar, li l-areja superficjali taghhom hija ftit anqas minn 38 pied kwadru kull wiehed - Gafa’ ha l-prekawzjoni li jhaxxen xi ftit il-pilastri li kien hemm qabel, izda dawn xorta wahda baqghu dojoq biex jerfghu dak il-piz, u jibqa’ l-fatt li pilastru mizjud qatt ma jkun b’sahhtu daqs wiehed imtella’ ghall-qjies mill-ewwel. Gafa’ ma kellux triq ohra ghajr li jibni koppla znella u kemm jista’ jkun hafifa, izda fl-istess hin soda u b’sahhitha. Naqqas kemm seta’ mill-piz, u uza twieqi kbar separati biss minn xulxin b’pilastri, maghluqin bit-tond minn barra u minn gewwa, u fl-istess hin, bhal holoq - katina, jorbtu lit-tambur f’bicca wahda. Il-hnejjiet tat-twieqi jservu wkoll biex jerfghu l-piz tal-gebel tal-koppla ta’ fuqhom b’mod aktar zgur milli kieku kienu maghluqin b’arkipjan. It-tambur gholi u n-nuqqas ta’ kustilji fil-koppla jaghtuha sens ta’ spazju minn gewwa li ftit tara bhalu fil-koppli tal-knejjes taghna. Fuq barra, l-ispinta tal-koppla hija msahha minn tmien kontrafforti, wiehed fuq kull angolu tat-tmien faccati tat-tambur, dekorati b’ornament b’disinn mhux tas-soltu, u li jixbhu hafna, jew almenu huma ispirati mill-fleur de lys. Jista’ jkun, ghalkemm din hija opinjoni personali tieghi, li dawn saru aktar tard fi zmien il-Gran Mastru Adrien de Wignacourt (1690-1697), biex ikomplu jzidu l-piz u b’hekk isahhu l-kontrafforti forsi wara t-terremot tal-1693. Wiehed jista’ jammira l-linja dritta tal-pilastri tat-tanbur, il-kontrafforti, il-pilastru u l-kustilji tal-lanterna li jiltaqghu f’direzzjoni wahda taht is-salib tal-quccata. It-twieqi tal-lanterna li ma huma jerfghu l-ebda piz specjali huma maghluqin b’semplici arkipjan jew blata catta - Ghar-ragunijiet li semmejt, il-koppla ta’ Hal Qormi forsi hija ftit nieqsa mid-dinamizmu u l-forza viziva ta’ l-Imdina, Birkirkara u ohrajn, izda ma nkunx qed nghid hazin li kemm minn barra kif ukoll minn gewwa hija wahda mill-isbah tal-knejjes Maltin.”
Tajjeb li hawnhekk inzidu x’kien l-ahhar bini li ttella’ fis-seklu sbatax: sagristija li jirreferi ghaliha l-Isqof Cocco Palmieri u li kienet lesta sal-1699.(25) Din is-sagristija llum nsibuha bhala s-sagristija l-qadima u jinzammu fiha l-vari tal-Gimgha l-Kbira.
Il-Konsagrazzjoni tal-Knisja Parrokkjali Fl-1727, meta l-kappillan ta’ Hal Qormi kien Dun Silvestru Desira, lahaq isqof gdid ta’ Malta: Monsinjur Paolo Alpheran de Bussan. Sa dak iz-zmien f’Malta kien hawn tliet knejjes biss li kienu kkonsagrati, jigifieri l-Katidral ta’ l-Imdina, San Gwann fil-Belt, u San Lawrenz fil-Birgu. Izda l-Isqof Alpheran iddecieda li jikkonsagra solennement ghadd ta’ knejjes parrokkjali. Matul id-29 sena li dan isqof ikkonsagra mhux anqas minn 18-il maqdes. Fosthom il-knisja parrokkjali ta’ San Gorg Martri f’Hal Qormi, nhar is-6 ta’ Mejju 1731 bil-parrinijiet, jew xhieda ufficjali, Dun Gioacchino Camilleri (1671-1745) u Dun Teramo Psaila (1672-1750). Ma’ l-Isqof Alpheran kien hemm, naturalment, il-Kappillan Desira, il-Vici-parroku Rev. Dr Giuseppe Vella u l-31 sacerdot li kienu jservu f’Hal Qormi.
Izda naraw x’gara fil-jum tal-konsagrazzjoni fil-kliem meqjus ta’ ricerkatur qormi:
“Lejlet il-konsagrazzjoni tal-knisja u ta’ l-artal maggur, l-isqof ikun ghadda gurnata sawm. Il-funzjoni, twila gmielha, bdiet bit-talb quddiem l-artal maggur, gheri minn kollox. L-isqof nizel matul il-korsija tan-nofs iroxx l-ilma mbierek fuq il-poplu u dawramejt mal-knisja, minn barra u minn gewwa, biex iberkilha l-hitan kollha fuq kull naha. Wara l-qari mill-Kotba Mqaddsa u wara l-omelija, ikkonsagra l-artal maggur biz-zejt imqaddes. Dak inhar, fl-artal maggur - tqieghed l-ghadam ghaziz tal-qaddisin martri San Gorg, San Bonifacju, Santa Venusta, u Santa Abbundanza. Wara l-konsagrazzjoni ta’ l-artal maggur, l-isqof nizel jikkonsagra wkoll it-tnax-il salib ingastati fil-pilastri ta’ ma’ tul il-korsija. Imbaghad qabbad l-incens f’nofs l-artal bi tliet xemghat mixghula madwar dak il-ftit incens. L-artal intrama bil-gandlieri u bil-fjuri, u l-isqof b’gandiletta f’idu xeghel iz-zewg xemghat tal-quddiesa, waqt li s-sagristan nizel iqieghed brazz b’xemgha wahda quddiem kull wiehed mit-12-il salib tal-konsagrazzjoni. U l-funzjoni tkompliet sa tmiem il-quddiesa.”
Parrocca Arcipretali Il-Kappillan Dun Anton Vella haseb biex talab lill-Arcisqof ta’ Malta, Monsinjur Mikiel Gonzi, biex jgholli ghad-dinjita’ arcipretali lill-Parrocca San Gorg Martri. Fir-rikors tieghu, il-Kappillan Vella semma kemm hi antika l-parrocca, il-bini ta’ knisja gdida fl-1456, li hi parrocca matrici, minn xiex ghadda Hal Qormi fl-Assedju l-Kbir, l-interess tal-Gran Mastri f’Hal Qormi, hidmet il-parrocca fi zmien il-Francizi u l-kleru maghruf ghall-gherf u l-qdusija li minn dejjem kellha l-parrocca fosthom l-Isqof Carmelo Scicluna u l-Professur Monsinjur P.P. Psaila li kien Rettur ta’ l-Universita’. Ghalaq ir-rikors tieghu b’dawn il-kelmiet: “Ghaldaqstant, dan li qieghed iressaq din il-petizzjoni, jitlob bil-qima kollha lill- E. T. Illust. Revd.mu biex tqis din id-daqsxejn ta’ storja tal-Parrocca ta’ San Gorg li ssawret tul hames sekoli, u jekk jista’ jkun tinqala’ il-fakolta’ mis-Santa Sede biex din il-Parrocca tigi mghollija ghad-dinjita’ ta’ Knisja Arcipretali kif jixtieq il-Kleru u l-Poplu ghall-glorja ta’ Alla u tal-Knisja Mqaddsa.”
Ir-rikors tal-Kappillan Vella ntlaqa’ mill-awtoritajiet ekklesjastici u d-digriet relevanti inhareg fit-30 ta’ Marzu 1953 taht il-firem ta’ l-Arcisqof Gonzi u l-Kancillier il-Kanonku G. Mifsud. Fih insibu li t-talba tal-kappillan kienet tressqet quddiem is-Santa Sede u li “din l-istess Kongregazzjoni laqghet it-talba tal-Kleru u tal-Poplu.” Id-digriet jaghlaq b’dawn il-kliem: “GHALHEKK b’din l-ittra tag]na minnha ffirmata u moghnija, bis-sigill taghna bl-Awtorita’ msemmija, irridu li l-Knisja ta’ San Gorg Martri fl-art ta’ Hal Qormi li fuqha ga tkellimna tkun mizmuma mill-lum ’il quddiem bhala Knisja ARCIPRETALI u min ikun Kappillan taghha ghandu jissejjah ARIPRIET. Mahruga mill-Palazz Arciveskovili taghna fit-30 ta’ Marzu, 1953.”
Afas hawn biex tara d-digrieti.
Referenza: Mill-Ktieb "Minn Grajjiet Parrocca Maltija: SAN GORG ta' HAL QORMI ca. 1400-2003" ta' Dr. J. F. Grima - 2003
Referenza: L-informazzjoni kollha li tidher hawn fuq ittiehdet mill-website ufficjali tal-Parrocca San Gorg bil-permess tal-webmaster - din hija website ohra interessanti dwar l-Ewwel Parrocca f'Hal Qormi - Grazzi lil webmaster.
Il-Kapolavur ta' Pietru Feliċi
Ħarġet għall-ewwel darba fl-1741 - L-artist sar magħruf fl-1981
L-Istatwa mill-isbah ta' San Gorg M.M. saret mill-Artist Qormi Pietru Felici fl-1739 u harget ghall-ewwel darba f'purcissjoni fl-1741, li dak iz-zmien kienet issir fil-festa liturgika ta' San Gorg igifieri fit-23 ta' April. L-Iskultur li ghal bidu ma kienx maghruf kien thabbar it-Tnejn 22 ta' Gunju 1981.
Pietru Felici twieled u tghammed fit-22 ta' Dicembru, 1669. Missieru Wistin u Ommu Grazzja, bint Marija nee' Mallia izzewgu nhar it-28 ta' Frar. Huma kellhom hames ulied u Pietru kien it-tielet wiehed. Wara li Peitru izzewweg huwa kellu tlett ulied Wistinm, Guzeppi u Anna Marija. Huwa kellu 70 sena meta hadem l-Istatwa mill-isbah ta' San Gorg u tlett snin wara ghamel l-istatwa ta' San Nikola ta' Bari ghas-Siggiewi. Huwa miet fis-27 ta' Frar 1743 fl-eta ta' 73 sena
Fl-1939 il-Palma ta' l-Istatwa nbidlet ghal wahda tad-deheb li tintrema fil-Festa. Il-Palma tikkonsisti f'weraq tal-Palm bi tlett kuruni li jfissru il-Martirji li bata San Gorg. Il-Palma tad-deheb giet inawgurata u mbierka mill-Arcisqof Mawru Caruana fis-16 ta' April 1939 u ntuzat ghall-ewwel darba fil-festa ta' l-istess sena, fil-21 ta' Mejju.
fl-1945 San Gorg hareg mill-Knisja idur mat-toroq ta' Hal Qormi bhala talb ghal waqfien tat-tieni gwerra dinija.
Fl-1957 din l-istatwa mahbuba mill-qriema kompliet tizzejjen b'dijadema tad-deheb. Din saret fuq id-disinn ta' Manwel Buhagiar u hallsu ghall-ispejjez Is-Sinjura C. Borg u C. Camillieri.
Fl-1985 saru bradella u bankun godda. Saru wkoll erba' statwi tal-bronz li qeghdin izejnu il-kantunieri ta' dan il-bankun li jirrapprezentaw il-Fortitudni, l-imhabba, it-tama u l-fidi. Fin-nofs ta' kull faccata tal-Bankun hemm erba' xbihat ohra tal-bronz li juru lil San Gorg fil-Glorja, San Gorg meqjum fl-erba' kontinenti, San Gorg meqjum mill-ghorrief u l-papiet u l-martirju ta' San Gorg. Id-Disinn sar minn Frans Treeby Decelis filwaqt li l-istatwi inhadmu mill-iskultur bravu Malti Alfred Camillieri Cauchi. Ix-xoghol tal-bronz sar minn Cutajar tal-Hamrun u xoghol ta' l-injam sar minn Guzeppi Curmi u l-ispray minn Nazzareno Darmanin, it-tnejn ulied il-Belt Pinto.
Fl-1991 sar par Sandli tad-Deheb biex tkun dekorata l-istatwa u dan kien inawgurat fl-istss sena.
Il-Fratellanzi fil-Parroċċa Ġorġjana
Sehem kbir matul is-sena kollha
Fil-Knisja Arcipretali ta' San Gorg Hal Qormi, nsibu hames Arcikonfraternitajiet jew ahjar Fratellanzi li huma dawn -
Il-Fratellanza tas-Santissimu Sagrament - lewn ahmar.
Il-Fratellanza tal-Madonna tar-Ruzarju - lewn abjad.
Il-Fratellanza tal-Madonna tac-Cintura - lewn iswed.
Il-Fratellanza ta' San Mikiel Arkanglu - lewn ahdar.
Il-Fratellanza ta' San Guzepp - lewn blu.
Dawn il-Fratellanzi jehduna lura fis-seklu XVI (16), jigifieri ’l fuq minn 400 sena ilu, fejn twaqqfu apposta biex ixerrdu d-devozzjoni, jghinu lill-paruccani fizikament u spiritwalment, kif ukoll jghinu fl-organizzazjoni tal-funzjonijiet religjuzi li jsiru fil-Knisja.
Il-Fratellanzi ghandhom is-servizzi taghhom bhalma huma l-purcissjoniet ta' Sidna Marija Addolorata, Hadd il-Palm, Kristu Rxoxt, San Guzepp Haddiem, Corpus Christi, Qalb ta' Gesu', San Gorg Martri, il-Madonna tac-Cintura, San Mikiel Arkanglu u l-Madonna tar-Ruzarju.
Kull Fratellanza tiehu hsieb il-quddiesa tal-Hadd fis-7.00 ta' fil-ghodu u qeghdin imqassmin hekk, tar-Ruzarju l-ewwel Hadd tax-xahar il-Prima, ta' San Mikiel Arkanglu u San Guzepp Haddiem it-tieni Hadd tax-xahar is-Sekonda, tas-Sagrament it-tielet Hadd tax-xahar it-Terza u tac-Cintura r-raba' Hadd tax-xahar il-Kwarta. Ma dan li semmejna irridu ninkludu servizzi ohra bhal laqghat ta’ formazzjoni li jinkludu zewg irtiri fis-Santwarju tal-Madonna tal-Hlas, funzjonijiet principali bhal l-ewwel erbgha ta' Ras ir-Randan u l-Festa Liturgika ta' San Gorg li ssir fit-23 t'April.
Bhal kull Knisja antika li nsibu fi gzirtna, il-Fratellanzi ghandhom l-artali taghhom u kull artal ghandu l-armar u r-rikkezzi tieghu li huwa propjeta' tal-Fratellanza rispettiva. Dawn il-Fratellanzi jiehdu din ir-responsabbilta' b'impenn, billi jigbru l-fondi mehtiega biex dawn l-opri ta' livell storiku u artistiku li hallew missirijietna, jigu rrestawarti u kkonservati kif jixraq.
Fl-1995 fi zmien l-Arcipriet Dun Frans Abdilla gie deciz, li jghaddi ir-responsabbita' ta' l-irfieh tal-Vari tal-Gimgha l-Kbira f'idejn dawn il-Fratellanzi msemmija, b'kuntratt ghal 5 snin. Il-procedura hija li Fratell jkun jista jerfa skond is-servizzi, l-kapacita' u l-grupp li jkun ser jerfa mieghu. Dan il-hsieb gie milqugh u minn dak inhar ’l hawn dan il-kuntratt baqa' jiggedded kull 5 snin.
Ta' min isemmi li fl-1998 l-hames Fratellanzi tal-Parrocca San Gorg Martri flimkien ma l-Arcipriet, hadmu bi shih biex sar l-istatut tal-Fratellanzi aggornat aktar ghaz-zminijiet ta' llum, li wara hafna polemiki bla bzonn li damu sejrin 6 snin, dan l-istess l-istatut minkejja li saru xi arrangamenti zghar imma l-kontentut baqa' hemm, hareg mill-Kurja Arciveskovili ufficjalment u din id-darba ghall-Fratellanzi ta' Malta kollha.
Fl-2001, wara 20 sena regghet bdiet issir il-vestizzjoni tal-Fratelli l-godda li ssir waqt il-quddiesa tal-festa u qabel l-purcissjoni bil-vara skond il-Fratellanza rispettivament. Il-fratell li jkun ser jircievi l-vestizzjoni jkun ilu sentejn jaghti sehemu fil-fratellanza u lejn il-parrocca u ghal hekk zgur li jkollu l-ideja ta’ xi tfisser li tkun membru shih.
Nerga nghid li dawn il-Fratellanzi huma l-id il-leminija tal-Parrocca u ghalhekk bi qbil bejniethom u skond il-finanzi, taw l-ghajnuna taghhom lill-Arcipriet fil-Progetti tar- Restawr tal-Knisja Arcipretali u bhala rigal ghac-Centinarju f'gieh San Gorg MegaloMartri tas-sena 2003, hallset somma ta' Lm2500 ghall-konservazzjoni tal-pittura tal-arzella tal-kor li turi l-Glorja ta' San Gorg Martri fis-sema, kapulavur ta' Guzeppi Cali u li nzertat ghalqet mitt sena.
Fl-2005 lahaq l-Arcipriet l-Kan. Dun Anton Cassar u fuq il-passi ta' l-Arcipriet ta' qablu qed jahdem bis-shih biex dawn il-Fratellanzi jissahhu f'kull qasam.
Wara hafna diskussjonijiet fit-tul, lejn l-ahhar tas-sena 2006, gie iffirmat kuntratt storiku bejn il-hames fratellanzi dwar il-procedura tal-irfieh tal-vara titulari ta’ San Gorg Martri. Dan sar wara li xi fratellanzi cedew ftit u ohrajn gawdew ftit.
Nixtiequ li bl-ghajnuna t'Alla u ta' San Gorg Martri, inkomplu nahdmu iktar flimkien u nheggu aktar rgiel jidhlu maghna specjalment zghazagh, dan jaghmluh billi jkellmu lil xi hadd li jafuh u jkun Fratell jew ahjar lir-Retturi tal-Fratellanzi.
Grazzi lis-Sur Antoine Borg tal-kitba
X'inhuma l-Fratellanzi:
a. Assocjazzjoni ta’ Adulti Nsara;
b. Imwaqqfa biex iggib 'il quddiem il-qima pubblika;
c. U biex taghmel xi hidma ta’ apostolat religjuz jew ta’ karita’;
d. Organizzata b’mod ta’ korp organiku;
e. Imwaqqfa b’digriet formali ta’ l-Awtorita tal-Knisja (ara Kanoni 707 u 708 tal-kodici tad-Dritt Kanoniku ta’ l-1917)
''Ġorġa Jisimni''
L-Akbar Qanpiena f'Ħal Qormi
Fit-23 ta' April 2001, l-Arcipriet Dun Frans Abdilla qal lil parruccani gorgjani li l-qanpiena l-gdida li saret f'Moska, ir-Russja ser tasal f'Hal Qormi nhar is-17 ta' Gunju 2001. L-Isem taghha se jkun 'Gorga'. Ser tkun il-lehen il-gdid ta' Alla fil-Parrocca Gorgjana.
Il-Qanpiena l-Gdida kienet inawgurata il-Hadd 17 ta' Gunju 2001, Saret fil-FUnderija Litex taht id-direzzjoni ta' Dr. Artyorn Engoian (1947 - 2003). Il-Materjal uzat fil-qanpiena jizen erba tonni ta' bronz.
Wara l-Festa ta' dik is-sena il-Qanpiena l-kbira ittellghet ghall-ewwel darba f'postha fil-kampnar.
"TNISSILT FIL-HSIEB U X-XEWQA TAS-SACERDOTI U L-POPLU TA' DIN IL-PARROCCA. HRIGT MILL-FUNDERIJA LITEX FIL-BELT KAPITALI RUSSA - MOSKA".
Hekk hemm miktub mad-dawra ta' fuq tal-qanpiena l-gdida. Din il-kitba turi kif originat il-qanpiena. Mad-dawra ta' taht hemm miktub l-isem tal-qanpiena, iz-zmien li fih saret u x'se tfakkar:
i. Il-Gublew il-Kbir ta' Sidna Gesu' Kristu - g]alhekk l-ikona ta' Gesu' fic-centru tal-qanpiena.
ii. Ic-Centinarju ta' San Gorġ tas-sena 2003 - g]alhekk il-figura ta' San Gorg.
iii. Ir-Restawr li qieghed isir lill-knisja - ghalhekk il-faccata tal-knisja fuq in-naha ta' wara tal-qanpiena.
L-Iskrizzjoni shiha tghid hekk:
GORGA JISIMNI.
TWELIDT FIS-SENA 2001.
FUQ L-GHATBA TAT-TIELET MILLENNJU TAL-KTISTJANEZMU
BIEX INFAKKAR IL-GUBLEW IL-KBIR TA' SIDNA GESU' KRISTU
U NFAHHAR LIL ALLA FIC-CENTINARJU
TAS-SENA 2003 TAL-PATRUN MEGALOMARTRI U B'RIGAL LILL-POPLU TA' DIN IL-PARROCCA GHAR-RESTAWR LI SAR LIL DAN IT-TEMPJU MAJESTUZ U GHAZIZ LI TIEGHU ISSA JIENA SIRT IL-MILJA TAL-LEHEN TA' ALLA LI JSEJJAH.
Mal-qanpiena hemm zewg ikoni ohra interessanti:
i. L-ikona tal-Madonna bil-Bambin.
ii. Ikona interessanti ohra hija l-istedina ghall-Ewkaristija.
kull min ghandu xi ritratti jew informazzjoni ohra hu mitlub jibghata fuq l-email festiqriema@gmail.com.