Il-Knisja l-Gdida

 

Knisja Akbar biex taqdi l-ħtiġijiet

Qabel kienet tintuza l-Knisja z-Zgħira

Il-Knisja ta' San Sebastjan hija knisja mibnija ricentament. Qabel il-Bini tal-Knisja l-gdida kienet tintuza il-Knisja l-Qadima ta' San Sebastjan. Mat-Twaqqif tal-Parrocca l-gdida fl-1936 inhass il-bzonn li jkun hemm Knisja akbar biex taqdi ahjar il-funzjonijiet liturgici li kienu ser jibdew jigu iccelebrati mill-Parrocca l-Gdida. Din il-Knisja ghadha tissejjah il-Knisja l-gdida ta' San Bastjan peress li kien hemm ohra zghira li kienet ukoll iddedikata lill-istess qaddis. Kien il-Kappillan tal-vici parrocca ta' Hal Qormi, Dun Alwig Psaila li hass il-bzonn li jaghmel dan u ghalhekk, ha l-inizzjattiva biex beda dan il-progett importanti. 

Vicin tal-Knisja z-zghira, fi triq San Bartolimew kien hemm bicca art kbira tal-Gvernatur Ingliz. Il-Kappillan haseb biex jitlob lil Gvernatur Ingliz ta' dak iz-zmien Bonham-Carter biex jaghtih din il-bicca art. It-talba saret nhar it-18 ta' Jannar 1937. Sena u nofs wara, igifieri fl-1 ta' Lulju 1938 giet aprrovata din it-talba u permezz ta' ittra lil Kappillan, il-Gvernatur kien gharfu li l-art kienet ser tinghata minghajr hlas.

 Wara li sar il-Kuntratt saret il-Pjanta tal-Bini minn Arthur Zammit, filwaqt li din giet iffirmata mill-perit Annett Mifsud Ellul. Fit-30 ta' Ottubru 1938 intalbet l-approvazzjoni mill-Kurja u sena wara intalab il-permess biex jibda l-bini.

Qabel ma beda l-bini tal-Knisja propja, beda l-qtiegh tal-gebel mill-barrieri u l-art fejn kienet ser tinbena l-knisja l-gdida bdiet tigi mnaddfa. Il-Parruccani ta' dak iz-zmien hassew li tkun xi haga tajba li taht il-knisja tinbena kripta li tintuza sakemm titlesta l-knisja l-gdida u anke wara li din tkun lesta. Izda it-Tieni Gwerra Dinija waqqfet ix-xoghol fuq il-bini u kien fl-1946, propju nhar is-27 ta' Jannar li tkompla ix-xoghol fuq il-kripta u l-knisja. Dakinhar l-Isqof Mikiel Gonzi bierek l-ewwel gebla quddiem il-folla prezenti u z-zewg parrinijiet it-Tabib Fredrick Meampel u l-Professur Guze Hyzler. Il-Kripta mill-ewwel bdiet tintuza ghall-quddies u t-tghalim tad-dutrina.

Kien l-20 ta' Lulju 1952 meta Mikiel Gonzi bierek il-kripta u qaddes fiha ghall-ewwel darba. L-Artal li kien qed izejjen din il-kripta kien juri lil San Sebastjan mejjet imdawwar bl-angli, mahdum mill-Qormi il-Kavallier Manwel Borg Gauci. Illum dan ix-xoghol jinsab ma' wiehed mill-pilastri ta' din il-kripta.

Wara li l-kripta kienet lesta, beda xoghol fuq il-knisja l-kbira. Fis-snin 1956, 57 bdew jinqalghu xi diffikultajiet minhabba n-nuqqas ta' fondi izda il-kappillan il-gdid Dun Guzepp Cauchi wara li ha l-pusses nhar l-10 ta' Novembru 1957 studja sew dawn id-diffikultajiet u beda jissellef b'imghax baxx jew minghajr imghax.

F'Marzu ta' l-1960 kompla l-bini tal-knisja. Wara li miet Dun Guzepp lahaq minfloku Dun VIncenz Deguara, illum Mionsinjur. Ftit wara li ha l-pusses Dun VIncenz habbat wiccu ma' problema li kellha bzonn li tissolva malajr. Kienu bdew jidhru xquq fil-pilastri tal-kripta. Gew imqabbda l-aqwa esperti biex din il-problema tissolva malajr u wara li ittiehdu l-prekawzjoniet mehtiega seta jitkompla x-xoghol fuq il-Knisja. Minhabba xoghol u tibdil li sar fil-kripta din kienet regghet giet imbierka mill-Arcisqof Gonzi fit-28 ta' Gunju 1972.

Il-Koppla li tiddomina fuq din il-knisja kienet ukoll ta' problema izda il-Perit Italo Raniolo ta' l-parir li din issir tac-cement. Il-kumpanija Cementstone bdiet tahdem fuq il-koppla wara li l-kuntratt li kien sar fit-22 ta' Novembru 1977. Il-Koppla giet kompluta fit-28 ta' Lulju 1980.

Fis-19 ta' Ottubru 1980 Mikiel Gonzi bierek is-salib li wiehed isib fuq il-Koppla ta' din il-Knisja. Saru wkoll diversi xoghlijiet ohra fil-knisja fosthom l-irham, l-invjar minn Carmelo Falzon, it-twieqi li nhadmu minn Joseph Aquilina tad-Dragon Forge u l-hgieg minn Scerri Bros., fuq disinn tal-artist Joseph Casha. Saru wkoll zewg statwi tal-gebel quddiem il-knisja xoghol l-iskultur Marco Montabello, u tbierku nhar is-17 ta’ Lulju 1981, fejn juru lil San Pietru u San Pawl. Sar ukoll hafna xoghol iehor biex il-knisja tisbih fosthom ix-xoghol tal-friz, li kien beda fit-2 ta’ Mejju, 1988 u ntemm lejn l-ahhar ta’ Gunju tas-sena 1992.

Madwar gewwa ta' din il-Knisja insibu skultura mill-isbah li tkompli izzejjen din il-Knisja. Id-Disin hu xoghol ta’ John Bonnici, waqt li x-xoghol fil-gebla sar minn Pawlu Galea u Karmnu Baldacchino.

Referenzi: http://www.cittapinto.com/                                                                                            Tifkira tat-Tberik u l-ftuh tal-Knisja San Sebastjan – 29 ta’ Mejju, 1982,                                                                                                                                          ‘Sliem u Hajja’, Parrocca San Sebastjan – Tifkira tal-50 Anniversarju mit-Twaqqif tal-Parrocca San Sebastjan , Hal Qormi, Festa 1986.

L-Istatwa Titulari 

 

Inħadmet minn Ġorġ Borg

Inġabet f'Ħal Qormi fl-1938

L-Istatwa ta' San Sebastjan inhadmet mill-artrist Gorg Borg. Ghuda li minnha hi maghula l-Istatwa kienet inxtrat mit-tarzna navali ta' Malta ghall-prezz ta' L23.4s.10d. F'Dicembru tal- 1936 iz-zokk ingar ghall-istudju ta' l-artrist fil-Belt Valleta, u kien marbut li titlesta fi zmien tmien xhur ghall-prezz ta' L160.

Kien propju l-Hadd 17 ta' Dicembru 1938 meta l-istatwa ittiehdet Hal Qormi fost il-ferh tal-parruccani. Ezatt wara l-gwerra l-istatwa inzebghet minn Toussaint Busuttil u giet indurata mid-ditta Mallia & Xuereb.Fl-1986, fl-okkazzjoni ta' 50 sena parrocca, l-istatwa regghet inzebghet mill-gdid minn Michael Camillieri Cauchi u indurata mid-ditta Farrugia ta' l-Imdina.

Fil-programm ufficjali tal-festa 1986 kien sar appell biex flok bukketti isiru donazzjonijiet ghall-pedestall tal-istatwa. Fl-1990, il-kappillan Dun Charles Cordina, hatar kummisjoni maghmula minn membri tal-ghaqdiet fejn iddiskutu l-pedestall ta’ San Sebastjan. Wara li sar abbozz minn Frans Galea, il-Kummissjoni Arti Sagra tal-Kurja accettat l-abbozz u x-xoghol fuq il-pedestall inbeda. Ix-xoghol tal-injam sar minn Leonard Spiteri li hadmu b’xejn, waqt li Frans Galea hadem fuq ix-xoghol artistiku imma sfortunatament, miet f’mawra li kien qed jaghmel Ruma fuq xoghol tal-pedestall. Il-pedestall kien izzanzan fis-sena 1994.
 
Izda sfortunatament ftit snin wara bdew johorgu xi tbajja fl-induratura u kien qed ikun tqil wisq biex l-istatwa tingarr u b'hekk beda jberrem il-hsieb biex isir wiehed gdid. Fl-1997 intalbet l-approvazzjoni mill-kurja ghall-pedestall il-gdid. Din l-approvazzjoni giet milqugha u fil-fatt intghazel l-artist Renzo Gauci ta’ Hal Tarxien biex jahdem dan il-pedestall. Is-Sur Joe Galdes  hadem ix-xoghol tal-injam, u l-induratura kellha ssir minn Horace Farrugia tal-Imdina. Is-Sur Wistin Mifsud offra s-somma ta’ Lm11,000 bhala donator ewlieni tal-pedestall il-gdid. Il-pedestall il-gdid juri erba’ aspetti mill-hajja ta’ San Bastjan: Difensor Fidei, Martry Christi, Protector Nos, Cultus Universalis.Il-pedestall gie mzanzan ghall-ewwel darba f’Lulju tas-sena 2004 b’pellegrinagg li sar f’gheluq is-sittin sena minn meta l-istatwa nharget l-ewwel darba. Issa jonqos biss li ssir bradella u bankun biex il-progett tal-istatwa titulari ta’ San Sebastjan jkun kompluta ghal kollox.
 
Riferenzi :  http://www.cittapinto.com/                                                                                             Hargiet varji ta' fuljetti li l-ghaqdiet tal-festa hargu fil-festi ta' San Sebastjan

Leħen il-Mulej 

 

Inġabru fi zmien ħmistax

Inħadmu mill-Kumpanija John Taylor Bellfounders

Bicca xoghol sabiha li nsibu f'din il-knisja huma s-sett qniepen mahduma mill-Kumpanija John Taylor Bellfounders li semmghu lehinhom mal-belt Pinto. Dawn il-qniepen gew jiswew is-somma ta' Lm60.000 li ingabru fi zmien hmistax-il gurnata. Ma dawn ukoll sar ukoll l-arlogg.

Riferenzi:http://www.cittapinto.com/                                                                                           ‘Sliem u Hajja’, Fl-okkazzjoni ta’ sett qniepen u arlogg godda, Festa 1998.

Ghall-aktar informazzjoni fuq il-qniepen wiehed ghandu jzur il-website: www.freewebs.com/grupptalqniepensansebastjan

Sehem il-Lajċi

 
Il-Fratellanzi fil-Parroċċa Bastjaniza
 
Miġbura fi ħdan is-Sodalita' ta' San Sebastjan
 
Fil-parrocca ta’ San Sebastjan f’Hal Qormi, bhal kull parrocca ohra f’Malta u Ghawdex insibu grupp ta’ Fratelli. Fil-parrocca ta’ San Sebastjan insibu 3 fratellanzi li tnejn minnhom ilhom imwaqqfa mill-bidu tal-parrocca. Fil-bidu taghha bhala parrocca kienet titmexxa mill-knisja z-zghira li tinsab fil-pjazza ftit ‘l fuq mill-kazin tal-Banda Pinto, quddiem statwa tal-gebel mahduma mill-ahwa Fabri tal-Birgu. F’din il-knisja z-zghira, sa mill-bidu nett tal-parrocca sar it-twaqqif ta’ l-ewwel fratellanza, dik tas-Santissmu Sagrament, u ftit wara twaqqfet dik tal-Madonna tad-Duluri.

Biex jiffunzjonaw u jaqdu il-funzjonijiet sewwa inxtara dak kollu li bhala fratellanza kellhom bzonn, bhal:

          Standard Prim bir-rakmu
          Standard u iehor bir-rakmu tal-Vjatku
          Anterni (Zewg Pari ghal kull fratellanza)
          Midalja ghal kull fratellanza
          Salib prim u iehor second ghal kull fratellanza

Il-Fratelli tas-Santissmu Sagrament jilbsu konfretija bajda, muzetta hamra u kurdun abjad. Imbaghad jilbsu kuruna bajdfa tal-Montripelle b’5 jew 7 posti. Il-Fratelli tal-Madonna tad-Duluri huma xorta l-istess, bid-differenza li jilbsu muzetta vjola.

Gara li maz-zmien il-Fratelli bdew sejrin lura minhabba li hafna Qormin dahlu membri fit-Terz ordni Frangiskana. Izda meta il-parrocca saret ufficjalment parocca fl-1935 u thalliet fit-tmexxija tal-kappillan Cauchi. Hafna minn dawn kienu dizappuntati li l-parrocca ma thallitx f’idejn il-Frangiskani Kappucini, u ghalhekk hafna hallew it-Terz Ordni, tant li snin wara spiccat ghal kollox, tant li l-ahhar darba li ntramat il-Bandalora ta’ din it-terz ordni kien fil-ftuh tal-Knisja Parrokjali l-gdida. Il-Bandalora fija l-emblema tal-Frangiskani Kappucini u se terga tohrog fil-festa ta’ San Sebastjan f’Lulju 2006, mill-grupp tal-Fratelli.

Bandalora ohra li kienet tintuza wkoll fil-Purcissjonijiet hija dik tax-Xirka ta’ l-Isem Imqaddes t’Alla li fuq il-Bandalora hemm xbiha ndurata ta’ San Sebastjan. Din il-Bandalora kienet zmien ilu tal-Grupp tax-Xirka ta’ l-Isem Imqaddes t’Alla, tal-Parrocca. Illum dan il-grupp ma’ ghadux jesisti fuq bazi ta’ Parrocca, imma sar jaghmel parti minn grupp wiehed tax-Xirka ta’ l-Isem Imqaddes t’Alla. Din il-bandalora ukoll ghaddiet taht il-kura tal-grupp tal-fratelli u se tizzanzan ukoll ghall-festa ta’ San Sebastjan ta’ Lulju 2006. L-ahhar darba li intramat kienet ukoll ghall-ftuh ufficjali tal-Knisja Parrokjali l-Gdida.

Ta’ min isemmi ukoll bandalora propjeta’ ta’ Socjeta’ tad-Duttrina Nisranija li kienet ukoll tintuza f’diversi purcissjonijiet fil-parrocca, fosthom dik ta’ Hadd il-Palm, ta’ Corpus u tal-Qalb ta’ Gesu. Stendard iehor li fih storja huwa dak tac-Cirkolu San Sebastjan. Dan l-ahhar li ntuza kien fil-funeral ta’ Mons. Gorg Preca f’Lulju tal-1962. Illum huwa mizmum go vetrina fil-kripta tal-Knisja ta’ San Sebastjan.

Il-Fratellanzi tad-Duluri u dik tas-Santissmu Sagrament, dawn baqghu ftit jew wisq b’sahhithom bis-sahha ta’ persuni li ddedikaw hajjithom sabiex jorgannizzaw il-fratelli u wara li l-parrocca ta’ San Sebastjan saret parrocca, dawn hadu spinta ‘l quddiem u kibru fin-numru. Dawn il-fratellanzi kienu jorganizza u jghinu fil-purcissjonjiet tal-Parrocca. Il-Purcissjonijiet tal-Qalb ta’ Gesu’ u dik ta’ Corpus kienu jorgannizawhom il-fratelli tas-Santissmu Sagrament. Il-fratellanza tad-Duluri ukoll kienet tiehu sehem attiv f’dawn il-purcissjonjiet izda l-aktar importanti ghalija kienet il-purcissjoni tad-Duluri.

Izda maz-zmien il-Fratellanzi fil-parrocca ta’ San Sebastjan naqsu mhux hazin, tant li sa 30 sena ilu, fratelli kien hawn biss tlieta li jilbsu, u dawn kienu jgorru l-istandardi u l-bqija l-affarijiet l-ohra kienu jingarru mill-abbatini li kien ikuun numru sabih. Kien hemm xi affarijiet li ma kinux johorgu, u tant li xi affarijiet spiccaw fid-djar tan-nies.

Il-Providenza t’Alla wara hafna zmien, regghet qanqlet xi rgiel biex jergghu jinghaqdu mal-grupp tal-Fratelli. Dan sar fuq inizzjativa tal-kappillan Dun Charles Cordina, li bil-hegga tieghu waqqaf mill-gdid il-grupp tal-fratelli, din id-darba bl-isem Sodalita’ San Sebastjan li tigbor fiha 3 sezzjonijiet, li huma tad-Duluri, tar-Ruzarju u tas-Santissmu Sagrament.

Fuq il-fratellanza tar-Ruzaju, minn dejjem inhass il-bzonn li jkun hemm fratellanza. Huwa xhieda ta’ dan, l-artal tal-genb fuq in-naha tas-Sagristija, fil-knisja iz-zghira, maghruf bhala ta’ Pompei li jirraprezenta il-Madonna, lil San Duminku u Santa Rosa ta’ Lima. Id-devozzjoni lejn il-Madonna tar-Ruzarju kompliet tikber tant li fil-knisja il-gdida, nxrat statwa tal-Madonna bil-bambin f’idu u koppja zghazugha titlob ir-ruzarju. Ghalhekk maz-zmien ukoll ifforma dan il-grupp tar-Ruzarju, li huwa stabilit daqs tas-Sagrament u tad-Duluri. Dawn jiddistingwu lilhom innfishom mill-ohrajn billi jilbsu l-muzzetta l-bajda bil-lezzi blu. Maz-zmien din is-sezzjoni tal-fratelli tkompli zzid fl-affarjiet hekk kif ghadha nieqsa minn lanterni u salib.

Hekk kif kull socjeta’ jew grupp ghandu r-regolamenti, dan il-grupp ukoll taht it-tmexxija tal-kappillan Dun Charles Cordina, addatta l-istatut li ga kien hemm ezistenti. Fil-fatt ftit mill-istorja, f’Marzu tas-sena 2004, saret laqgha fejn intghazlu 6 membri, tnejn minn kull sezzjoni li iffurmaw il-kumitat. Dan il-kumitat dejjem jahdem biex isir tibdil u aggornament mehtieg f’din is-Sodalita’ ta’ San Sebastjan. Fosthom isiru laqghat bi preparazzjoni ghall-festa li tkun gejja, xoghol fuq diversi htiegijiet li jkun hemm bzonn fi hdan is-Sezzjonijiet. Fid-19 ta’ Jannar tas-sena 2005 saret l-ewwel vestizzjoni u din issir kull sentejn. Barra li s-sezzjonijiet jiehdu sehem fl-purcissjonijiet tal-parrocca, jiehdu sehem ukoll fil-quddies solenni.

Fost is-servizzi dawn huma:

• Quddiesa tan-Novena tal-Milied
• Quddiesa tal-Konsagrazzjoni tal-knisja fid-19 ta’ Jannar
• Quddiesa tal-festa liturgika ta’ San Sebastjan
• Quddiesa u purcissjoni tal-festa tad-Duluri
• Purcissjoni u quddiesa ta’ Hadd il-Palm
• Quddiesa u l-Appostli f’Hamis ix-Xirka
• Quddiesa u Purcissjoni Kristu Rxoxt
• Quddiesa u Purcissjoni ta’ Corpus Christi
• Quddiesa u Purcissjoni tal-Qalb ta’ Gesu’
• Translazzjoni solenni fil-festa ta’ San Sebastjan
• Quddiesa u Purcissjoni fil-festa tar-Ruzarju
• Quddiesa ta’ fratelli mejtin

Barra dawn l-attivitajiet, il-fratellanzi ghandhom ukoll il-kura tal-vari koncernati standarti u preparamenti mehtiega ghall-purcissjonijiet rispettivi. Fix-xahar ta’ Marzu issir laqgha biex ikunu decizi r-reffiegha tal-vari tul dik is-sena. Kull fratellanza ghandha rettur, u nsibu rettur generali tas-Sodalita’.

Fil-prezent, in-numru tal-membri fil-fratellanzi huwa ‘l fuq inn 60 membru, u dawn barra li qed jigu ffurmati spiritwalment b’laqghat matul iz-zmien, qed ikunu ta’ ghajnuna sieja ghall-parrocca. Min jkun jixtieq jinghaqad ma’ xi fratellaza, jista’ jaghmel dan u huwa mheggeg li jaghmel dan mill-aktar fis possibli.

J’Alla li dan il-Patrimonju sabih fil-Parrocca ta’ San Sebastjan jibqa’ jinzamm u jimxi ‘l quddiem, u li minnu johrog il-gid.

Artiklu miktub minn Paul Borg Cardona, Rettur Generali.

kull min ghandu xi ritratti jew informazzjoni ohra hu mitlub jibghata fuq l-email festiqriema@gmail.com.