Festa Marjana

 

 

Marija taħt it-Titlu taċ-Ċintura

Festa zgħira izda iċċelebrata bl-akbar għozza

Din il-Festa li ssir lill-Madonna tac-Cintura tigi iccelebrata biss gewwa l-Parrocca ta' San Gorg. Il-Festa issir fit-tielet Hadd ta' Settembru u tohrog ghall-habta tas-6.00pm. Din il-Festa tigi organizzata mill-Fratellanza tac-Cintura li hija it-tielet fratellanza imwaqqfa f'din il-Parrocca. Jinghad li originarjament din l-istatwa inhadmet ghall-fratellanza tac-cintura gewwa z-Zurrieq izda ghal ragunijiet u cirkostanzi mhux maghrufa din inbieghet lill-Fratellanza ta' Hal Qormi. Dan jinghad li sar qabel l-1862. Maz-zmien l-istawa sarulha xi modifikazzjonijiet minn Guzeppi Cilia maghruf bhala 'Bellettu'.

Din l-istatwa titpogga fin-nicca taghha fil-kappellun tal-Gandlora. Fl-istess knisja insibu ukoll artal iddedikat lill-Madonna tac-Cintura li jigi armat b'sett gandlieri u fjuretti kemm fil-festa tac-Cintura kif ukoll fil-festa ta' San Gorg.

referenza: http://www.cittapinto.com (bil-permess tal-webmaster)

kull min ghandu xi ritratti jew informazzjoni ohra hu mitlub jibghata fuq l-email festiqriema@gmail.com.