Festa Marjana

 

 

Marija taħt it-titlu tar-Ruzarju

Festa li tiġbed wara numru kbir ta' nies

Fil-Parrocca Arcipretali u Arcimatrici ta' San Gorg

Il-Festa tal-Madonna tar-Ruzarju fil-Parrocca ta' San Gorg tkun iccelebrata fl-ewwel Hadd ta' Ottubru, igifieri fil-gurnata meta l-Knisja Universali tkun qed ticcelebra din il-Festa. Fil-Purcissjoni numru kbir ta' nies jimxu wra l-istatwa devozzjonali ta' Marija. Fil-Purcissjoni jinghad ir-ruzarju u kif il-purcissjoni tasal fuq iz-zuntier tal-knisja tinghata l-Barka Sagramentali.

L-Istatwa artistika tal-Madonna uzata f'din il-Parrocca hija xoghol mill-isbah ta' Karlu Darmanin (1825- 1909). L-Istatwa inhadmet fis-sena 1860 fil-Kartapesta. Din saret fi zmien il-kappillan Dun Salv Schembri (1785-1863) u hallsu ghalija il-Fratellanza tar-Ruzarju li propju hija t-tieni fratellanza f'din il-parrocca u li sal-lum ghadha tiehu hsieb torganizza il-festa ad unur il-Madonna tar-Ruzarju.Fi 23 ta' Jannar 1862, b'digriet tal-Isqof Gaetano Pace Forno, inghataw 40 jum ta' indulgenza lil kull min jghid "Salve Regina" quddiem din l-istatwa.

Qabel din l-istatwa kienet tezisti statwa ohra minquxa fl-injam li sfortunatament ma nafux x'sar minnha. Din l-istatwa fl-injam kella valur ghall-qriema ghax barra li kienet l-ewwel vara processjonali f'Hal Qormi kienet ukoll wahda minn tal-bidu f'Malta.

Mitt sena wara li saret l-istatwa tal-Kartapesta kien gie deciz li tigi indurata propju fil-25 ta' Jannar. Il-Benefattur kien Manuel Debono li offra l-flus ghal dan il-progett. L-Istatwa giet indurata fl-1964 u l-pedestall gie indurat fl-1982.

Din l-Istatwa ghanda n-nicca taghha fil-Kappellun maghruf bhala tar-Ruzarju ghaliex fih insibu l-Artali iddedikat ghall-Madonna tar-Ruzarju. Matul il-Festa tar-Ruzarju u l-Festa ta' San Gorg dan l-artal jigi armat b'sett gandlieri u fjuretti ghal dawn il-Festi.

Ta' minn jghid li fl-antik din l-istatwa kienet tohrog f'purcissjoni ohra li kienet issir f'Mejju.

Fil-Parrocca ta' San Sebastjan

Il-Festa tar-Ruzarju f'din il-Parrocca isir fl-ewwel gimgha t'Ottubru. Il-purcissjoni bhal kull purcissjoni ohra fil-parrocca taghna tiehu hsieba is-Sodalita ta San Bastjan, li tikonsisiti fi tlett fratellanzi tas-SSmu sagrament tad-Duluri u tar-Ruzarju.  Il-purcissjoni hija wahda ta' devozzjoni fejn fiha tinghat it-talba tar-ruzarju. Il-fratelli, l-abbatini u l-kleru tal-parrocca jipartecipaw fil-purcissjoni li tohrog ghal habta tas-7.00pm wara li tintemm il Quddiesa Solenni li tkun fis 6.00pm. F'din il-Parrocca l-Istatwa li tintuza hija dik ta' l-injam li ngabet mill-Italja. Il-Fratellanza tar-Ruzarju tiehu hsieb torganizza din il-festa. Din l-Istatwa, matul is-sena titpogga fejn l-artal.

 

Referenza: www.cittapinto.com (bil-permess tal-webmaster)

kull min ghandu xi ritratti jew informazzjoni ohra hu mitlub jibghata fuq l-email festiqriema@gmail.com.