Milied Tradizzjonali
Tispikka il-Purċissjoni bil-Bambin
Il-Festa tal-Milied bhalma hija icclebrata fid-dinja kollha hija wkoll iccelebrata bl-akbar ghozza fil-Belt Pinto. Hija festa li tghaqqad ir-rahal kollu flimkien.
Forsi wahda mill-attivitajiet sbieh organizzati f'dan iz-zmien hija l-purcissjoni bil-Bambin organizzata mill-Membri tal-M.U.S.E.U.M. fiz-zewg parrocci taghhom. Matul il-Purcissjoni it-tfal igorru l-kliem minqux fl-injam marbut ma' dan iz-zmien sabih u mal-misteru kbir tal-Milied li Alla sar Bniedem bhalna. F'dawn il-purcissjonijiet ma tonqosx ix-xbiha ta' Gesu Bambin li tingarr mit-tfal madwar it-toroq tal-Parrocci.
Barra l-Purcissjoni tal-Bambin, fil-knejjes isir armar mill-isbah li jkompli jsebbah it-tempji taghna. Fid-disa t'ijiem ta' qabel il-Milied issir in-novena u c-celebrazzjonijiet fil-knisja jilhqu l-qofol taghhom lejliet il-Milied bil-quddiesa ta' bil-lejl u matul il-jum tal-Milied. Xi haga li tispikka f'dawn il-granet hija l-priedka tat-tifel li issir b'dedikazzjoni kbira.
Hadd qabel il-gurnata tal-Milied, il-Kunsill Lokali ta' Hal Qormi jorganizza marc li fih jiehdu sehem it-tlett Baned tal-Parrocci. Dawn it-tlett baned idoqqu flimkien xi innijiet tal-Milied biex iferrhu l-anzjani u morda li ma jkunux jistghu johorgu minn djarhom.
Haga ohra li tispikka f'Hal Qormi matul dan iz-zmien hija l-armar tal-Milied li jintrema fiz-zewg parrocci mill-ghaqdiet ta' l-Armar, kif ukoll in-numru ta' wirjiet sbieh ta' presepji mekkanizati.
kull min ghandu xi ritratti jew informazzjoni ohra hu mitlub jibghata fuq l-email festiqriema@gmail.com.