San Mikiel

 

San Mikiel Arkanġlu

Festa zgħira izda iċċelebrata bl-akbar għozza

Din il-Festa tigi iccelebrata gewwa l-Parrocca ta' San Gorg fl-ahhar Hadd ta' Settembru. Din tigi organizzata mill-Fratellanza ta' San Mikiel.

L-Istatwa hija xoghol fl-injam ta' Pietru Pawl Azzopardi fl-1865 u hallsuha ghalija il-fratelli ta' San Mikiel. Din l-istatwa hadet post statwa ohra ta' l-inja mahduma minn Xandru Farrugia fl-1847. L-Istatwa ta' Xandru Farrugia inxtrat mill-Parrocca ta' San Gorg gewwa r-Rabat, Ghawdex. Il-Benefattur kien Gianni Cassar. Fis-sena 2001 din l-istatwa giet restawrata mill-Kav. Alfred Camillieri Cauchi biex b'hekk inghatat dehra isbah wara hsarat li kienet garrbet.

Fl-Knisja insibu wkoll artal iddedikat lil San Mikiel, li jigi armat b'sett gandlieri u fjuretti fil-Festa ta' San Mikiel u San Gorg.

Referenzi: www.cittapinto.com (bil-permess tal-webmaster)

kull min ghandu xi ritratti jew informazzjoni ohra hu mitlub jibghata fuq l-email festiqriema@gmail.com.